1Ġerusalemm kienu joqogħdu l-kapijiet tal-poplu; għalhekk il-poplu tella’ x-xorti biex wieħed minn kull għaxra minnhom iġibuh joqgħod Ġerusalemm, il-belt qaddisa, u d-disgħa l-oħra jibqgħu fl-ibliet.
2Il-poplu bierek l-irġiel li minn rajhom iddeċidew li joqogħdu Ġerusalemm.
3Dawn huma l-kapijiet tal-provinċja li kienu joqogħdu Ġerusalemm. Iżrael, il-qassisin, il-Leviti, l-ilsiera tat-tempju, u wlied il-qaddejja ta’ Salamun, kienu joqogħdu fl-ibliet ta’ Ġuda, kulħadd fil-wirt tiegħu, kulħadd fil-belt tiegħu.
Dawk li kienu joqogħdu Ġerusalemm4Ġerusalemm kienu joqogħdu wħud minn ulied Ġuda u oħrajn minn ulied Benjamin.
Minn ulied Ġuda kien hemm: Għatajja bin Għużżija, bin Żakkarija, bin Amarija, bin Sefatija, bin Meħlalel, wieħed minn ulied Pereż;
5u Magħxija bin Bàruk, bin Kolħożi, bin Ħażajah, bin Għadaja, bin Ġojarib, bin Żakkarija, wieħed mis-Siloni.
6Ulied Pereż li kienu joqogħdu Ġerusalemm kienu b’kollox erba’ mija u tmienja u sittin, ilkoll irġiel b’saħħithom.
7Dawn kienu wlied Benjamin: Sallu bin Mesullam, bin Ġogħed, bin Pedajja, bin Kolaja, bin Magħxija, bin Itjel, bin Isaija, u
8warajh kien hemm Gabbaj, Sallaj, disa’ mija u tmienja u għoxrin minn ħutu.
9Ġoel bin Żikri kien il-kap tagħhom, u Ġuda bin Ħassenuwa kien it-tieni wieħed fl-amministrazzjoni tal-belt.
10Mill-qassisin kien hemm: Ġedajja bin Ġojarib, Ġakin,
11Xeraja bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, il-kap tat-tempju ta’ Alla,
12u ħuthom li jagħmlu s-servizz fit-tempju, b’kollox tmien mija u tnejn u għoxrin; u Għadajja bin Ġeroħam, bin Pelalija, bin Amsi, bin Żakkarija, bin Pasħur, bin Malkija,
13u ħutu, il-kapijiet tal-familji, li kienu jgħoddu mitejn u tnejn u erbgħin; u Għamassaj bin Għażarel, bin Aħżaj, bin Mesillemot, bin Immer,
14u ħuthom li kienu jgħoddu mija u tmienja u għoxrin, ilkoll irġiel b’saħħithom. Il-mexxej ta’ dawn kien Żabdijel, bin il-kbarat tal-belt.
15Mil-Leviti kien hemm: Samajja bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija, bin Bunni;
16u Sabtaj u Ġożabad, tnejn mill-kapijiet tal-Leviti, li kienu jmexxu x-xogħol barra t-tempju ta’ Alla;
17u Mattanija bin Mika, bin Żabdi, bin Asaf, il-mexxej li kien jibda t-talb ta’ radd il-ħajr, u Bakbukija, it-tieni wieħed fost ħutu, u Għabda bin Sammugħa, bin Galal, bin Ġedutun.
18Il-Leviti kollha li kienu joqogħdu fil-belt qaddisa kienu mitejn u erbgħa u tmenin.
19U l-purtinara kienu: Għakkub, Talmon, u ħuthom li kienu jieħdu ħsieb il-bibien, b’kollox mija u tnejn u sebgħin.
Gruppi oħra20Il-bqija ta’ Iżrael, tal-qassisin, u tal-Leviti kienu joqogħdu fl-ibliet l-oħra ta’ Ġuda, kulħadd fil-wirt tiegħu.
21Imma l-ilsiera tat-tempju kienu joqogħdu fl-Għofel; u Siħa u Gisfa kienu l-kapijiet tagħhom.
22Il-kap tal-Leviti f’Ġerusalemm kienu Għużżi bin Bani, bin Ħasabija, bin Mattanija, bin Mika, wieħed minn ulied Asaf, li kienu jkantaw fis-servizz fit-tempju ta’ Alla.2 Kron 20,14.
23Dawn kienu marbutin b’ordni tas-sultan; kienet toħroġ ordni għalihom b’dak li għandhom jagħmlu minn jum għal ieħor.
24Petaħija bin Meseżabel, wieħed minn ulied Żeraħ bin Ġuda, kien il-mibgħut tas-sultan għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-poplu.
Dawk li kienu joqogħdu barra Ġerusalemm25Uħud minn ulied Ġuda kienu joqogħdu fl-irħula bir-raba’ tagħhom: F’Kirjat-arba u l-irħula tagħha, f’Dibon u l-irħula tagħha, u f’Ġekabsel u l-irħula tagħha,
26f’Ġesugħa, f’Molada, f’Bet-pelet,
27f’Ħasar-sugħal, f’Birsaba u l-irħula tagħha,
28f’Siklag, f’Mekuna u l-irħula tagħha,
29f’Għajn-rimmon, f’Sorgħa, f’Ġarmut,
30f’Żanuħa, f’Għadullam u l-irħula tagħha, f’Lakis u l-inħawi tagħha, f’Għażeka u l-irħula tagħha. Kienu jgħammru minn Birsaba sal-Wied ta’ Ħinnom.
31Ulied Benjamin kienu jgħammru minn Geba ’l hemm, f’Mikmas, Għaj, Betel u l-irħula tagħha,
32Għanatot, Nob, Għananija,
33Ħasor, Rama, Gittajm,
34Ħadid, Sebogħim, Neballat,
35Lod, Onu, Ge-ħaħarasim.
36Fost il-Leviti kien hemm biċċa joqogħdu f’Ġuda u biċċa f’Benjamin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.