1Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni,
2fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert.
Ħejju t-triq tal-Mulej,
iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.
5 Kull wied jimtela,
kull muntanja u għolja titbaxxa,
il-mogħdijiet mgħawġa jiddrittaw,
u t-triqat imħarbta jitwittew.
6 U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.’
7In-nies kienu jmorru bi ħġarhom għand Ġwanni biex jgħammidhom, u huwa kien jgħidilhom: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom x’għandkom tagħmlu biex taħarbu l-korla li ġejja?L-antenati ta’ Ġesù Kristu(Mt 1,1-17)
23Fil-bidu tal-ministeru tiegħu Ġesù kellu madwar it-tletin sena. In-nies kienu jaħsbuh bin Ġużeppi, li kien bin Għeli,Lq 4,23; Ġw 6,42.
24bin Mattat, bin Levi, bin Melki, bin Ġannaj, bin Ġużeppi,
25bin Mattatija, bin Għamos, bin Naħum, bin Ħesli, bin Naggaj,
26bin Maħat, bin Mattatija, bin Simgħi, bin Ġosè, bin Ġoda,
27bin Ġoħanan, bin Resa, bin Żorobabel, bin Salatjel, bin Neri,1 Kron 3,17; Esd 3,2.
28bin Melki, bin Għaddi, bin Kosam, bin Elmadan, bin Għer,
29bin Ġożwè, bin Eligħeżer, bin Ġorim, bin Mattat, bin Levi,
30bin Simgħon, bin Ġuda, bin Ġużeppi, bin Ġona, bin Eljakim,
31bin Melija, bin Menna, bin Mattata, bin Natan, bin David,2 Sam 5,14. 1 Sam 16,1-13; Rt 4,17-22; 1 Kron 2,1-14.
32bin Ġesse, bin Għobed, bin Bogħaż, bin Sala, bin Naħson,
33bin Għamminadab, bin Admin, bin Arni, bin Ħesron, bin Fares, bin Ġuda,Ġen 29,35.
34bin Ġakobb, bin Iżakk, bin Abraham, bin Teraħ, bin Naħor,Ġen 25,26; 1 Kron 1,34; Ġen 21,3; 1 Kron 1,28-34. Ġen 11,10-26; 1 Kron 1,24-27.
35bin Serug, bin Regħu, bin Faleg, bin Għeber, bin Selaħ,
36bin Kajnan, bin Arfaksad, bin Sem, bin Noè, bin Lamek,Ġen 4,25—5,32; 1 Kron 1,1-4.
37bin Metuselaħ, bin Ħenok, bin Ġered, bin Maħalalel, bin Kajnan,
38bin Enos, bin Set, bin Adam, bin Alla.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.