1 SAMWEL 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7

1U n-nies ta’ Kirjat-ġegħarim ġew u tellgħu l-arka tal-Mulej, u daħħluha f’dar Abinadab, li kienet fuq għolja, u kkonsagraw lil ibnu Elgħażar biex iħares l-arka tal-Mulej.

Samwel imħallef f’Iżrael

2Kien għadda ħafna żmien - għoxrin sena - mindu l-arka kienet waqfet f’Kirjat-ġegħarim, u d-dar kollha ta’ Iżrael bkew u daru lejn il-Mulej.

5Samwel qalilhom: “Ħa jinġabar Iżrael kollu f’Misfa, biex nitlob lill-Mulej għalikom.”

6U huma ltaqgħu f’Misfa, imlew l-ilma u sawbuh quddiem il-Mulej; u dak in-nhar samu u qalu: “Dnibna quddiem il-Mulej.” U f’Misfa Samwel sar imħallef fuq Iżrael.

7Il-Filistin semgħu li wlied Iżrael kienu nġemgħu f’Misfa; u l-kbarat tal-Filistin telgħu kontra Iżrael. Malli wlied Iżrael semgħu, beżgħu mill-Filistin.

8Ulied Iżrael qalu lil Samwel: “La tiqafx tgħajjat quddiem il-Mulej, Alla tagħna, għalina, ħalli jeħlisna minn idejn il-Filistin.”

10Ġara li meta Samwel kien qiegħed joffri s-sagrifiċċju tal-ħruq, il-Filistin resqu biex jaħbtu għal Iżrael. Dak in-nhar il-Mulej riegħed ragħda kbira kontra l-Filistin u ħarbathom; u huma tfarrku quddiem Iżrael.

11U n-nies ta’ Iżrael ħarġu minn Misfa, u ħabtu għall-Filistin u għamlu ħerba minnhom sa Bet-kar.

12U Samwel ħa ġebla u waqqafha bejn Misfa u bejn Sen u semmieha: Eben-għeżer, u qal: “Sa hawn għenna l-Mulej.”

13U hekk trażżnu l-Filistin u ma baqgħux jidħlu f’art Iżrael, għax id il-Mulej kienet iżżomm il-Filistin il-jiem kollha ta’ Samwel.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help