1Imbagħad it-tribujiet kollha ta’ Iżrael ġew għand David f’Ħebron u qalulu: “Arana, għadmek u laħmek aħna!.
8U David dakinnhar kien qal: “Min se jidrob lill-Ġebusi, ħa jitla’ mill-ispiera u jaħbat għaz-zopop u l-għomja, mistmerra minn David?” Għalhekk għadhom jgħidu sal-lum: “Il-bniedem agħma jew zopp ma jidħolx fid-dar.”
9U David beda jgħammar fil-fortizza u semmieha l-Belt ta’ David. U bena dawramejt magħha minn Millu ’l ġewwa.
11U Ħiram, sultan ta’ Tir, bagħat messaġġ għand David, u injam taċ-ċedru, mastrudaxxi u naġġara tal-ġebel; u dawn bnew dar għal David.
12U David għaraf li l-Mulej kien wettqu sultan fuq Iżrael, u li għolla saltnatu minħabba l-poplu tiegħu Iżrael.
13Imbagħad David ħa konkubini u nisa oħra minn Ġerusalemm, wara li kien ġie minn Ħebron; u tweldulu aktar subien u bniet..” Għalhekk il-post semmewh Bagħal-perasim.
21Il-Filistin ħallew hemm l-idoli tal-allat tagħhom, u ġabruhom David u n-nies tiegħu.
22Imma l-Filistin reġgħu telgħu u tqassmu fil-wied ta’ Refajm.
23U David stħarreġ lill-Mulej u l-Mulej wieġbu: “Titlax għalihom: dur għal warajhom, u ħudhom minn wara minn biswit is-siġar tal-balzmu.
24Malli tisma’ t-tħaxwix tal-mixi fuq il-qċaċet tas-siġar tal-balzmu ħaffef malajr għaliex dak il-ħin joħroġ il-Mulej quddiemek u jkisser il-kamp tal-Filistin.”Ġen 3,8; 2 Slat 7,6.
25U David għamel bħalma ordnalu l-Mulej, u ħarbat il-Filistin minn Geba sa ma tasal Geżer.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.