DEWTERONOMJU 30 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 30Il-ħniena ta’ Alla

1“Meta jkunu ġew fuqek dawn il-ħwejjeġ kollha, dawn il-barkiet u s-saħtiet, li qegħedtlek quddiemek, u int tkun dħalt fik innifsek fost il-ġnus, fejn ikun itturufnak il-Mulej, Alla tiegħek,.

12Mhijiex fis-sema biex int tgħid: ‘Min se jitlgħalna s-sema jġibhielna u jsemmagħhielna u nagħmluha?’

15“Ara jiena llum qegħedtlek quddiemek il-ħajja u l-ġid, il-mewt u d-deni.Dt 11,26-28; S 1; Sir 15,16-17; Ġer 21,8; Rum 6,21-23; Gal 6,8.

16Issa jekk tisma’ mil-liġi tal-Mulej, Alla tiegħek, li qiegħed nordnalek illum: li tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, li timxi fit-triqat tiegħu, u li tħares l-ordnijiet u l-liġijiet u d-digrieti tiegħu, int tgħix u titkattar, u l-Mulej, Alla tiegħek, ibierkek fl-art li int sejjer fiha biex teħodha f’idejk.Neħ 9,29; Prov 8,34-35; 9,11.

17Imma jekk qalbek iddur u ma tismax, tintgħewa u tqim allat oħra u taqdihom,

18jien ngħidilkom illum li tinqerdu żgur; ma ddumux żmien twil fuq l-art, li int se taqsam il-Ġordan biex tidħol fiha u teħodha f’idejk.

19Insejjaħ illum is-sema u l-art b’xhieda kontrikom: il-ħajja u l-mewt, li jien illum qegħedt quddiemek, il-barka u s-saħta. Agħżel il-ħajja biex tgħix int u nislek,Dt 4,26; 28,2; 31,28.

20billi tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, u tisma’ l-kelma tiegħu, u torbot qalbek miegħu, għax din hi ħajtek u t-tul ta’ jiemek li tgħammar fl-art li Alla ħalef li jagħtiha lil missirijietek, lil Abraham, lil Iżakk u lil Ġakobb.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help