1“Dawn huma d-digrieti, u jġibu ħdejn il-bieb jew mal-ġenb tal-bieb, u hemm itaqqablu widintu b’xifa, u jibqa’ lsir tiegħu għal dejjem.
7“Jekk wieħed ibigħ lil bintu b’ilsira, din ma toħroġx bħalma joħorġu l-ilsiera rġiel.
8Jekk ma togħġobx lil sidha, li jkun għażilha għalih, iħalliha tinfeda. Ma jistax ibigħha lil nies barranin, għax ma jkunx mexa sewwa magħha.
9Jekk ikun għażilha għal ibnu, għandu jqisha b’bintu.
10Jekk jiżżewweġ mara oħra, ma għandux inaqqsilha minn ikilha, ilbiesha, jew id-dritt tagħha ta’ mara miżżewġa.
11U jekk ma jagħmilx dawn it-tliet ħwejjeġ magħha, tkun tista’ titlaq ’il barra bla ħlas ta’ flus.
Il-liġi dwar il-qtil12“Min jidrob bniedem, u dan imut, ikun ħaqqu l-mewt.Il-liġi dwar il-ġlied
18“Meta tnejn min-nies jitlewmu, u wieħed minnhom jaħbat għall-ieħor bil-ponn jew b’xi ġebla, u dan ma jmutx, iżda jinxteħet fis-sodda,
19jekk imbagħad iqum u joħroġ jimxi barra bil-bastun, dak li jkun darbu ma jeħel xejn, iżda jħallsu sakemm ikun qagħad id-dar, u sakemm ikun fieq għalkollox.
20“Meta xi ħadd jidrob lill-ilsir - jew lill-ilsira tiegħu - bil-bastun, u dan imut taħt id-daqqa, ikun ikkastigat.
21Jekk imbagħad l-ilsir jibqa’ ħaj għal jum jew tnejn, sidu ma jkunx ikkastigat, għax hu flusu.
22“Jekk żewġt irġiel jiġġieldu, u jolqtu mara tqila, u din tiled qabel il-waqt, u ma jiġrilha xejn aktar, il-ħati jkollu jħallas skont ma jitolbu żewġha, u jħallas skont ma jaqtgħu l-imħallfin., id b’id, riġel b’riġel,
25dabra b’dabra, ġerħa b’ġerħa, tbenġila bi tbenġila.
26“Jekk xi ħadd jidrob għajn l-ilsir - jew l-ilsira tiegħu - u jeqridhielu, għandu jitilqu ħieles bi tpattija ta’ għajnu.
27Jekk ikisser is-sinna tal-ilsir - jew l-ilsira tiegħu - jitilqu ħieles bi tpattija għas-sinna tiegħu.
Il-liġi dwar il-bhejjem28“Meta gendus jagħti bir-ras lil xi raġel - jew mara - u dan imut, jitħaġġar il-gendus u laħmu ma jittikilx; imma sidu ma jkun ħati ta’ xejn.
29Iżda jekk il-gendus kien jagħti bir-ras minn qabel u sidu kien imwissi, u dan ma ħax ħsiebu u r-raġel - jew mara - imut, jitħaġġar il-gendus, u sidu jingħata l-mewt.
30Imma jekk iwaħħluh xi flus, jifdi lil ħajtu b’kemm iwaħħluh.
31Jekk il-gendus jagħti bir-ras lill-iben - jew lill-bint - jagħmlulu skont din il-liġi.
32Jekk jagħti bir-ras lil xi lsir - jew ilsira - sidu jagħti tletin biċċa tal-fidda lil sid l-ilsir u l-gendus jitħaġġar.
33“Jekk xi ħadd jiftaħ jew iħaffer xi bir u ma jgħattihx, u jaqa’ fih xi gendus jew ħmar,
34sid il-bir jagħmel tajjeb lil sidu, u jpattilu b’kemm jiswa flus, imma l-bhima mejta tkun tiegħu.
35“Jekk il-gendus ta’ xi ħadd jaħbat għal gendus ta’ xi ħaddieħor, u dan imut, ibigħu l-gendus l-ħaj u jaqsmu flusu, u wkoll il-gendus il-mejjet.
36Jekk kienu jafu li l-gendus kien jagħti bir-ras minn qabel, u sidu ma ħax ħsiebu, dan għandu jpatti gendus b’gendus, u l-bhima l-mejta tkun tiegħu.
37Meta xi ħadd jisraq gendus - jew nagħġa - u joqtlu jew ibigħu, ipatti b’ħames baqriet għall-gendus, u b’erba’ nagħġiet għan-nagħġa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.