1Dwar l-għajnuna li għandkom tagħtu lill-qaddisin, kollu żejjed li niktbilkom.
il-ġustizzja tiegħu tibqa’ għal dejjem.”
10Dak li, lil min jiżra’ jagħtih iż-żerriegħa u l-ħobż għall-ikel, jagħti u jkattar iż-żerriegħa lilkom ukoll, u jżid il-frott tal-ġustizzja tagħkom.Is 55,10.
11U intom tistagħnu b’kull ġid, ħalli turu kull xorta ta’ ġenerożità li biha, permezz tagħna, jitla’ innu ta’ radd il-ħajr quddiem Alla.2 Kor 1,11; 4,15.
12Għaliex il-ministeru ta’ dan is-servizz mhux biss itaffi l-bżonnijiet tal-qaddisin, imma wkoll inissel kotra ta’ radd il-ħajr lil Alla;2 Kor 8,14.
13dan il-ministeru juri x’intom, u huma jagħtu glorja lil Alla minħabba l-ubbidjenza tagħkom għall-Evanġelju ta’ Kristu u tal-ġenerożità tal-għotja tagħkom lilhom u lil kulħadd;
14u t-talb tagħhom għalikom juri l-imħabba kbira li għandhom għalikom minħabba l-grazzja bla qjies ta’ Alla għalikom.
15Ħajr lil Alla għad-don tiegħu li ma jitfissirx bil-kliem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.