1 KRONAKI 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Il-ħbieb ta’ David

1Dawn kienu n-nies li ġew għand David f’Siklag, meta kien għadu magħluq minħabba Sawl bin Kis. Kienu huma wkoll fost il-qalbenin li għenuh fil-gwerra;

3Il-kap kien Aħigħeżer; imbagħad Ġowas ulied Semajja ta’ Gibgħa; Ġeżigħel u Pelet, ulied Għażmawet; Beraka u Ġeħu l-Għanatoti;

21Meta ġie Siklag minn Manassi marru għal miegħu: Għadna, Ġożabad, Ġedigħajel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu u Silletaj, kapijiet tal-eluf ta’ Manassi.

22U dawn għenu lil David kontra l-qtajja’ tal-ħallelin, għax kienu kollha nies qalbiena ta’ qawwa kbira, u saru fizzjali fl-eżerċtu.

23Minn jum għal ieħor kienu dejjem ġejjin irġiel għand David biex jgħinuh, sakemm il-kamp tiegħu sar kbir daqs il-kamp ta’ Alla.

L-armata ta’ David

24Dan hu l-għadd tal-kapijiet tal-qtajja’ armati għall-gwerra, li ġew għand David f’Ħebron biex jgħaddulu s-saltna ta’ Sawl skont il-kelma tal-Mulej.

25Ulied Ġuda armati bit-tarka u l-lanza; sitt elef u tmien mija, armati għall-gwerra.

26Minn ulied Simgħon, qalbenin ta’ qawwa kbira għall-gwerra: sebat elef u mija.

27Minn ulied Levi, erbat elef u sitt mija.

28U Ġeħojada, kap tad-dar ta’ Aron, u miegħu tlitt elef u seba’ mija.

29Sadok, żagħżugħ qalbieni u ta’ ħila, bi tnejn u għoxrin fizzjal minn dar missieru.

30U minn ulied Benjamin, ħut Sawl, tlitt elef, il-biċċa l-kbira minnhom sa dakinhar kienu jżommu mad-dar ta’ Sawl.

31Minn ulied Efrajm, għoxrin elf u tmien mija, irġiel qalbiena u ta’ ħila, u nies ta’ isem f’dar missirijiethom.

32U minn nofs it-tribù ta’ Manassi: tmintax-il elf, li kienu magħżula b’isimhom, biex jiġu u jagħmlu lil David sultan.

33U minn ulied Issakar, nies li kienu jafu jifhmu ż-żminijiet u jagħrfu x’għandu jagħmel Iżrael, mitejn kap tagħhom u ħuthom, ilkoll taħt il-kmand tagħhom.

34Minn Żebulun: ħamsin elf ruħ lesti għall-gwerra armati b’kull xorta ta’ tagħmir għall-gwerra biex jgħinu lil David b’qalb sħiħa.

35U minn Naftali: elf fizzjal u magħhom sebgħa u tletin elf armati bit-tarka u l-lanza.

36U minn Dan: tmienja u għoxrin elf u sitt mitt ruħ lesti għall-gwerra.

37U minn Aser: erbgħin elf ruħ lesti għall-gwerra.

38Min-naħa l-oħra tal-Ġordan, mir-Rubenin, mill-Gadin u min-nofs tribù ta’ Manassi: mija u għoxrin elf bl-armi kollha tal-gwerra.

39Dawn kollha kienu nies gwerriera, imqassmin għall-battalja, u ġew Ħebron bil-fehma sħiħa li jagħmlu lil David sultan fuq Iżrael kollu. U l-bqija ta’ Iżrael kienu fehma waħda li jagħmlu lil David sultan.

40U baqgħu hemm tlitt ijiem ma’ David, jieklu u jixorbu, għax ħuthom kienu lestewlhom kollox.

41U dawk ukoll li kienu joqogħdu fil-qrib tagħhom sa Issakar u Żebulun u Naftali, kienu ġiebu l-ikel fuq il-ħmir, iġmla, bgħula u gniedes: ħażniet tal-qamħ, tin imqadded, għenieqed taż-żbib, inbid u żejt, baqar u nagħaġ, kollox bil-ħafna, għax kien hemm il-ferħ f’Iżrael.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help