MATTEW 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17It-Trasfigurazzjoni(Mk 9,2-13; Lq 9,28-36)

1Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom,

2u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl.Ġesù jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan(Mk 9,14-29; Lq 9,37-43a)

14Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu:

15“Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma.

16Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh.”

17Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn.”: “Minħabba l-fidi żgħira tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din il-muntanja, ‘Warrab minn hawn u mur hemm’, u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir.”It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta’ Ġesù(Mk 9,30-32; Lq 9,43b-45)

22Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin

23u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewdu qalbhom ħafna.Il-ħlas tat-taxxa għat-tempju

24Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”; ħudu minn hemm u mur agħtih lilhom għalija u għalik.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help