1 SAMWEL 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Il-kantiku ta’ Anna

1U Anna bdiet titlob u tgħid:

“Ferħet qalbi bil-Mulej;

irtefgħet rasi fil-Mulej;

iddieħak fommi bl-għedewwa tiegħi,

għax fraħt bis-salvazzjoni tiegħek.

2Ma hemm ħadd ħliefek,

ħadd qaddis bħall-Mulej,

m’hemmx Blata bħal Alla tagħna.

3La tlissnux iżjed kliem il-kburija,

ma toħroġx aktar il-kburija minn fommkom;

għax il-Mulej Alla li jaf kollox,

u jiżen kull għemil.

4Tkisser il-qaws tal-qawwijin,

u d-dgħajfin tħażżmu bil-ħila.

6Il-Mulej jibgħat il-mewt u jagħti l-ħajja,

iniżżel fl-imwiet u jtalla’.

7Il-Mulej ifaqqar u jagħti l-ġid,

ibaxxi u jgħolli wkoll.

8Iqajjem mit-trab lill-imsejken

u l-fqajjar jerfgħu mill-miżbla,

u jqegħedhom mal-kbarat,

biex jirtu tron ta’ ġieħ.

Għax il-pilastri tal-art huma tal-Mulej,

u fuqhom sejjes id-dinja;

11Elkana raġa’ lura lejn daru f’Rama. U t-tfajjel baqa’ jaqdi l-Mulej taħt għajnejn Għeli, il-qassis.

L-imġiba ta’ wlied Għeli

12Ulied Għeli kienu nies mill-agħar: ma kinux iqisu lill-Mulej.

13U d-drawwa ta’ dawn il-qassisin mal-poplu kienet, li meta xi ħadd kien joffri xi sagrifiċċju, kien jersaq il-qaddej tal-qassis b’furketta bi tlitt isnien f’idu, waqt li l-laħam ikun jagħli,

17Kbir ħafna kien id-dnub taż-żgħażagħ quddiem il-Mulej, għax in-nies kienu jistmellu l-offerti tal-Mulej.

Samwel iservi fit-tempju

18U Samwel kien iservi quddiem il-Mulej; kien għadu żgħir, imħażżem b’efod tal-għażel.

19Kull sena ommu kienet tagħmillu mantar żgħir, u kienet ittellagħhulu minn sena għal oħra, meta l-mara kienet titla’ toffri s-sagrifiċċju ta’ kull sena.

20Għeli kien ibierek lil Elkana u ’l martu u jgħidilhom: “Jagħtik il-Mulej ulied minn din il-mara flok il-wieħed li int tajt lill-Mulej.” U mbagħad kienu jerġgħu lura lejn darhom.

21U l-Mulej żar lil Anna, u tqalet u wildet tliet subien u żewġt ibniet. U ż-żagħżugħ Samwel baqa’ jikber quddiem il-Mulej.Għeli u wliedu

22Għeli kien xjieħ sewwa u sama’ kif kienu jġibu ruħhom uliedu mal-Iżraelin kollha, u kif kienu jimteddu man-nisa li kienu jservu fil-bieb tat-tinda tal-laqgħa.

23U qalilhom: “Għala qegħdin tagħmlu dawn il-ħwejjeġ? Għax jien qiegħed nisma’ bl-għemil ħażin kollu tagħkom mingħand il-poplu kollu.

24Le, uliedi, mhux sewwa x-xnigħat li qiegħed nisma’ jxerrdu fuqkom il-poplu tal-Mulej.

25Jekk bniedem jidneb kontra ieħor jindaħal għalih Alla, iżda jekk jidneb bniedem kontra l-Mulej, min se jaqbeż għalih?” Imma huma ma semgħux minn kliem missierhom, għax il-Mulej ried jeqridhom.

26Imma ż-żagħżugħ Samwel kien dejjem jikber u jinġieb quddiem il-Mulej u quddiem il-bnedmin.Il-kundanna ta’ dar Għeli

27Ġie għand Għeli bniedem ta’ Alla u qallu: “Dan jgħid il-Mulej: ‘Ma għarraftx jien lili nnifsi lil dar missierek meta kienu fl-Eġittu lsiera f’dar il-Fargħun?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help