1 KRONAKI 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21Iċ-ċensiment ta’ David

1FU x-Xitan qam kontra Iżrael, u xewwex lil David biex jgħodd lil Iżrael.Il-pesta

7Iżda Alla ma għoġbux dan u ħabat għal Iżrael.

8U David qal lil Alla: “Dnibt bil-kbir b’li għamilt; issa neħħi, nitolbok, dan il-ħażen tal-qaddej tiegħek, għax tbellaht bis-sħiħ.”

9U l-Mulej kellem lil Gad, il-veġġent ta’ David, u qallu:

16U David rafa’ għajnejh, u ra lill-anġlu tal-Mulej qiegħed bejn art u sema bix-xabla misluta f’idu, u mifruxa għal fuq Ġerusalemm. Imbagħad David u x-xjuħ, liebsa x-xkejjer, niżlu wiċċhom fl-art.

17U David qal lil Alla: “Jaqaw mhux jien kont li ordnajt l-għadd tal-poplu? Mhux jien li dnibt, u għamilt dan id-deni kollu? Imma dawn in-nagħaġ x’għamlu? Mulej Alla tiegħi, ħa tkun, nitolbok, idek fuqi u fuq dar missieri; imma tħallix din il-pesta fuq il-poplu tiegħek.”

L-artal fuq il-qiegħa ta’ Ornan

18U l-anġlu tal-Mulej qal lil Gad biex jgħid lil David jitla’ u jtalla’ artal lill-Mulej fuq il-qiegħa ta’ Ornan il-Ġebusi. bl-użin.

26U David bena hemm artal lill-Mulej, u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem; u sejjaħ lill-Mulej u dan wieġbu bin-nar mis-sema għal fuq l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq.Lev 9,24; Mħ 6,21; 1 Slat 18,38; 2 Kron 7,1; 2 Mak 2,10-12.

27Imbagħad il-Mulej ordna lill-anġlu, u dan daħħal ix-xabla f’għantha.

28Dak iż-żmien, meta David ra li l-Mulej wieġbu fil-qiegħa ta’ Ornan il-Ġebusi, offra sagrifiċċji hemm.

29It-tabernaklu li kien għamel Mosè fid-deżert u l-artal tas-sagrifiċċji tal-ħruq, dak iż-żmien kienu għadhom fuq l-għolja ta’ Gibgħon.1 Slat 3,4; 1 Kron 16,39; 2 Kron 1,3.

30U David ma kienx jista’ jmur quddiemu jistaqsi lil Alla, għax kien jibża’ mix-xabla tal-anġlu tal-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help