1Minħabba l-qligħ ħafna jidinbu,
u min ifittex li jistagħna jagħlaq għajnejh.
2Fil-fil bejn ġebla u oħra jitwaħħal bħal grampun,
u bejn il-bejgħ u x-xiri jitħaxken id-dnub.
3Jekk wieħed ma jżommx sħiħ bil-ħerqa fil-biża’ tal-Mulej
bla telf ta’ żmien titħarbat daru.Id-diskors
4Meta jheżżu għarbiel jibqa’ fih l-iskart,
hekk ukoll min jgħarbel lilu nnifsu jagħraf ħżunitu.
5Il-forn jgħaddi mill-prova xogħol il-fuħħari,
hekk ukoll bniedem tagħrfu minn kliemu.
6Il-frott jikxef kemm bidwi jkun ħa ħsieb is-siġra,
hekk ukoll kelma tikxef ħsieb qalb il-bniedem.
7Tfaħħarx bniedem qabel jitkellem,
għax hekk jiġu ppruvati n-nies.
Il-virtù8Jekk issus wara l-ġustizzja, tiksibha,
u xxiddha bħalkieku kienet libsa ta’ ġieħ.
9L-għasafar jissieħbu ma’ dawk tax-xorta tagħhom,
u s-sewwa jgawduh dawk li jagħmluh.
10L-iljun jissajja għall-priża,
u d-dnub għall-ħżiena.
11Kliem it-twajjeb hu dejjem għaref,
imma l-iblah ibiddel bħall-qamar.
12Qalb il-boloh ħu ħsieb tal-ħin,
imma qalb min jifhem ibqa’ sal-aħħar.
13Iweġġa’ l-qalb kliem min hu bla moħħ,
u ċ-ċajt tagħhom waqt ix-xalar tad-dnub.
14Diskors min imdorri jaħlef iqajjimlek xagħrek,
u l-ġlied tagħhom iġagħlek issodd widnejk.
15Tixrid id-demm ġlied l-imkabbrin,
u kliemhom iweġġgħek tisimgħu.
Is-sigrieti16Min jikxef sigriet jitlef il-fiduċja,
u ma jsibx ħabib li jaqbel għal miegħu.
17Inġibed lejn ħabib u miegħu kun fidil,
imma jekk tittradih, toqgħodx tiġri warajh.
18Għax bħalma bniedem jeqred l-għadu tiegħu,
hekk teqred il-ħbiberija mal-ġar tiegħek.
19U bħalma terħi għasfur minn idek,
jekk tħalli ’l ħabibek jaħrablek, u ma terġax taqbdu.
20Tiġrix warajh għax jinsab ’il bogħod,
u ħarab bħal għażżiela minn ġon-nassa.
21Għax ġerħa tintrabat,
u wara ż-żebliħ terġa’ ssir il-ħbiberija,
imma min jikxef sigriet m’għandux tama.Il-wiċċ b’ieħor
22Min jegħmeż b’għajnejh ifassal ħwejjeġ ħżiena,
u min jintebaħ bih jitbiegħed minnu.
23F’wiċċek kliem fommu jkun ħelu
u jissaħħar bi kliemek,
imma wara dahrek jitkellem mod ieħor,
u bi kliemek stess joffendik.
24Għandi mibegħda għal ħafna ħwejjeġ,
imma xejn daqs il-wiċċ b’ieħor;
jistmellu sal-Mulej.
25Min jitfa’ l-ġebel ’il fuq jiġih fuq rasu,
u daqqa mogħtija bil-qerq tiftaħ il-ġrieħi.
26Min iħaffer ħofra jaqa’ fiha,
u min iqiegħed nassa jinqabad fiha.
27Il-ħażen li wieħed jagħmel jerġa’ lura fuqu,
u ma jagħrafx mnejn ikun ġieh.
28Il-kburi mimli żufjett u żebliħ;
imma ħlasu jgħassislu daqs iljun.
29F’nassa jinqabdu dawk li jifirħu bil-waqgħa tat-twajbin,
u l-uġigħ jifnihom qabel mewthom.
L-għadab30Għadab u qilla, dawn ukoll ta’ min jistmerrhom,
u l-bniedem midneb mimli bihom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.