ĠENESI 35 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 35Alla jġedded il-patt ma’ Ġakobb

1U Alla qal lil Ġakobb: “Qum u itla’ lejn Betel, u oqgħod hemm. Tella’ hemm artal lil Alla li deherlek, meta kont maħrub minn quddiem ħuk Għesaw.”

5Imbagħad refgħu l-kamp, u l-biża’ ta’ Alla waqa’ fuq l-ibliet ta’ madwarhom, u ħadd ma għamel għal wara wlied Ġakobb.

13Imbagħad Alla tala’ ’l fuq minn ħdejh, fejn kien kellmu.

14U Ġakobb waqqaf plier fejn kien kellmu, plier tal-ġebel; u raxxax l-inbid fuqu u sawwab iż-żejt.

21Iżrael rafa’ l-kamp u mar waqqaf l-għarix tiegħu ’l hemm minn Migdol-għeder.Ġen 49,3-4; 1 Kron 5,1.

22U meta Iżrael kien jgħammar f’dik l-art, Ruben mar jimtedd ma’ Bilħa, il-konkubina ta’ missieru, u Iżrael sema’ b’dan.

Il-familja ta’ Ġakobb

Ulied Iżrael kienu tnax.Ġen 29,31—30,24.

23Ulied Lija: Ruben, il-kbir ta’ Ġakobb, Simgħon, Levi, Ġuda, Issakar u Żebulun.

24Ulied Rakel: Ġużeppi u Benjamin.

25Ulied Bilħa, il-qaddejja ta’ Rakel: Dan u Naftali.

26Ulied Żilfa, il-qaddejja ta’ Lija: Gad u Aser. Dawn ulied Ġakobb li tweldulu f’Fiddien-aram.

Il-mewt ta’ Iżakk

27U Ġakobb ġie għand missieru Iżakk f’Mamri, Kirjat-arba, jiġifieri f’Ħebron, fejn kienu għammru Abraham u Iżakk.

28Iżakk kellu mija u tmenin sena

29meta ħa l-aħħar nifs u miet, xiħ u mimli bil-għomor, u nġabar ma’ niesu. U difnuh uliedu Għesaw u Ġakobb.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help