1Il-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:
14“Din hi l-liġi għal meta bniedem imut fit-tinda: kull min jidħol fl-għarix u kulma jkun hemm fl-għarix ikun imniġġes għal sebat ijiem.
15Kull reċipjent miftuħ, bla għatu marbut fuqu, ikun imniġġes.
16U kull min imiss fil-beraħ tar-raba’ lil xi ħadd maqtul bis-sejf jew li miet waħdu, xi għadam ta’ bniedem jew xi qabar, ikun imniġġes għal sebat ijiem.
17“U jieħdu għal dan l-imniġġes mill-irmied tal-vittma maħruqa għall-purifikazzjoni u fuqha jsawbu ilma ġieri f’xi ħaġa tal-fuħħar.
18Imbagħad xi ħadd nadif jieħu ż-żuf f’idejh, ibillu fl-ilma, u jroxxu fuq l-għarix, u t-tagħmir kollu fih, u n-nies li jkunu fih, u fuq dak li jkun mess xi għadam, jew xi wieħed maqtul, jew xi mejjet li jkun miet waħdu, jew xi qabar.Lev 14,4-5; Dt 21,1-9.
19Il-bniedem nadif iroxx fuq l-imniġġes fit-tielet u fis-seba’ jum, u meta jkun naddfu fis-seba’ jum, dan jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-ilma, u filgħaxija jkun nadif.
20Il-bniedem li jkun tniġġes u ma tnaddafx ikun maqtugħ mill-ġemgħa, għax ikun niġġes is-santwarju tal-Mulej, għax ma jkunux sawbu fuqu l-ilma tal-purifikazzjoni, u għalhekk baqa’ mniġġes.
21Din tkun liġi għal dejjem għalihom: dak li jkun sawwab l-ilma tal-purifikazzjoni jaħsel ħwejġu, u min ikun mess l-ilma tal-purifikazzjoni jibqa’ mniġġes sa filgħaxija;
22u kulma jmiss il-bniedem imniġġes ikun imniġġes, u l-bniedem li jkun messu jibqa’ mniġġes sa filgħaxija.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.