1Il-kelma li qal Ġeremija, il-profeta, lil Bàruk bin Nerija, meta dan kiteb fi ktieb dan il-kliem minn fomm Ġeremija fir-raba’ sena tas-sultan Ġeħojakim bin Ġosija, sultan ta’ Ġuda, u qallu:
2“Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael lilek, Bàruk.
3Inti tgħid: ‘Jaħasra għalija, li qiegħed iżidli l-Mulej l-għali man-niket li għandi. Jien għejejt nokrob, u ma nistax insib mistrieħ.’
4Hekk tgħidlu: ‘Dan jgħid il-Mulej: Arani, dak li jiena bnejt, inħottu, u dak li jiena ħawwilt, naqilgħu, jiġifieri l-art kollha.
5Jaqaw int qiegħed tfittex ħwejjeġ kbar? Tfittixhomx, għax, arani, se nġib il-ħsara fuq kull bniedem, oraklu tal-Mulej, imma lilek inħallilek ħajtek bħallikieku priża tal-gwerra, kull fejn tmur.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.