SALMI 111 - Maltese Bible with DC

Salm 111Kbir u twajjeb il-Mulej

1Hallelujah!

Irrodd ħajr lill-Mulej b’qalbi kollha,

fil-laqgħa tat-tajbin flimkien miġbura.

2Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej;

ifittxuhom dawk kollha li jitgħaxxqu bihom.

3Kollu ġmiel u kobor għemil il-Mulej;

għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu.

4Waqqaf tifkira bl-għeġubijiet tiegħu;

twajjeb u ħanin il-Mulej.

5Hu jagħti l-għajxien lil min jibża’ minnu,

jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.

6Wera lill-poplu tiegħu l-qawwa ta’ għemilu,

meta qassam lilhom art il-ġnus.

7Is-sewwa u l-ħaqq għemil idejh;

ta’ min joqgħod fuqhom il-preċetti tiegħu,

8imwettqa għal dejjem ta’ dejjem,

magħmula bis-sewwa u bid-dritt.

9Bagħat jifdi lill-poplu tiegħu,

waqqaf għal dejjem il-patt tiegħu.

Qaddis u tal-biża’ hu ismu!

10Il-bidu tal-għerf hu l-biża’ tal-Mulej:

tassew bil-għaqal kull min jimxi bih,

għal dejjem jibqa’ t-tifħir tiegħu!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help