SALMI 114 - Maltese Bible with DC

Salm 114L-għanja tal-Għid

1Meta ħareġ Iżrael mill-Eġittu,

Ġakobb minn poplu ta’ lsien barrani,

2Ġuda sar is-santwarju tiegħu,

Iżrael is-saltna tiegħu.

3Il-baħar rah u ħarab,

il-Ġordan raġa’ lura.

4Qabżu bħal kbiex il-muntanji,

u bħal ħrief il-għoljiet.

5Xi ġralek, baħar, biex taħrab?

Xi ġralek, Ġordan, biex terġa’ lura?

6Xi ġralkom, muntanji, biex taqbżu bħal kbiex,

u intom, għoljiet, biex taqbżu bħal ħrief?

7Triegħed, art, quddiem is-Sid,

quddiem Alla ta’ Ġakobb,

8li jbiddel il-blat f’għadira,

iż-żonqor f’għajn ta’ ilma.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help