TOBIT 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8

1Meta spiċċaw jieklu u jixorbu, u riedu jmorru jorqdu, ħadu ż-żagħżugħ u daħħluh fil-kamra tar-rqad.

2Tobija ftakar fi kliem Rafel: ħareġ il-fwied u l-qalb tal-ħuta mill-ħorġa li kellu miegħu; u qegħedhom fuq il-ġamar tal-bħur, u bdew idaħħnu.

3Ir-riħa tal-ħuta żammet ’il bogħod id-demonju, u ħarrbitu lejn l-Eġittu ta’ Fuq. Minnufih Rafel mar hemm u rabtu sewwa.

4Meta l-oħrajn ħarġu u għalqu l-bieb tal-kamra, Tobija qam mill-friex u qalilha: “Oħti, qum, ħa nishru u nitolbu quddiem Sidna, li jagħmel ħniena magħna u jsalvana.” Sara qamet u bdew jitolbu bil-ħniena s-salvazzjoni u jgħidu:

5“Imbierek int, o Alla ta’ missirijietna, u mbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem. Iberkuk is-smewwiet u l-ħolqien kollu għal dejjem ta’ dejjem.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help