LEVITIKU 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21Il-qdusija tal-qassisin

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Kellem lill-qassisin, ulied Aron, u għidilhom: Ħadd minn niesu ma għandu jitniġġes għall-mejjet,, u ma jipprofanawx isem Alla tagħhom, għax huma joffru s-sagrifiċċji maħruqa, ikel lil Alla tagħhom, u għalhekk għandhom ikunu qaddisin.

7Ma jeħdux b’marthom mara żienja, jew mara li tilfet xbubitha, jew inkella waħda mkeċċija minn żewġha, għaliex hu qaddis lil Alla tiegħu;, u anqas iċarrat ilbiesu.

11“Ma għandu jersaq lejn ebda mejjet, u ma għandux jitniġġes, lanqas għal missieru jew ommu.

12Ma għandux joħroġ mis-santwarju u lanqas jipprofana s-santwarju ta’ Alla tiegħu, għaliex għandu fuqu ż-żejt tal-konsagrazzjoni ta’ Alla tiegħu: Jiena l-Mulej.Lev 10,7.

13“Għandu jiżżewweġ xebba.

14Ma għandux jieħu armla, jew mara mkeċċija minn żewġha, jew waħda mkasbra biż-żina; imma għandu jieħu xebba minn niesu.Eżek 44,22.

15U ma jipprofanax lil nislu fost niesu: Jiena l-Mulej li nqaddsu.”

Il-qassis għandu jkun bla tebgħa

16U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

17“Kellem lil Aron u għidlu: Ħadd minn nislek fil-ġenerazzjonijiet kollha tagħhom, li jkollu xi difett, ma għandu jersaq biex joffri l-ikel lil Alla.

18Ħadd li jkollu xi difett: agħma, zopp, wiċċu sfigurat, għaġeb,

19riġlu jew idu miksura,

20ħotbi, qerqni, bil-bjada f’għajnejh, b’mard tal-ġilda, bil-ħakk, b’testikoli mgħaffġa.

21Ħadd minn nisel Aron il-qassis, li jkollu xi difett bħal dan, ma għandu jersaq joffri s-sagrifiċċji maħruqa lill-Mulej. Min għandu xi difett ma għandux joffri l-ikel ta’ Alla tiegħu.

22Iżda jista’ jiekol l-ikel ta’ Alla tiegħu, ħwejjeġ qaddisa u mill-aktar imqaddsa.

23Imma ma jidħolx ’il ġewwa mill-velu, u lanqas ma għandu jersaq lejn l-artal, għax għandu difett u ma għandux jipprofana s-santwarju tiegħi. Jiena l-Mulej li nqaddishom.”

24Dan qal Mosè lil Aron u lil uliedu, u lil ulied Iżrael kollha.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help