GĦABDIJA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebFtit li xejn hu magħruf dwar il-Profeta Għabdija, ħlief li aktarx kien iwettaq il-missjoni profetika tiegħu wara l-eżilju, għall-ħabta tal-ħames seklu QK. Ismu jfisser “dak li jqim lill-Mulej”, isem komuni f’Iżrael tal-qedem.Il-ktieb fih biss 21 vers u jikkonċentra fuq il-forza li biha dan il-profeta jikkundanna lil Edom. Il-poplu ta’ Edom, pajjiż lejn in-Nofsinhar tal-Baħar il-Mejjet, kien minn dejjem għadu tal-poplu ta’ Iżrael. Meta nqerdet il-belt ta’ Ġerusalemm, in-nies ta’ Edom għamlu xalata minn dak li kien baqa’, komplew ikissru, u ħatfu f’idejhom biċċa mit-territorju ta’ Iżrael.Il-profeta għandu kliem iebes ħafna għal Edom u jħabbar kastig aħrax fuq il-pajjiż talli ħaqru lil Iżrael. Alla kien se jħalli lil Edom jiġi maħkum, u l-art taqa’ f’idejn il-poplu ta’ Iżrael.Għax qrib Jum il-Mulej għall-popli kollha!Kif għamilt inti, hekk għad jagħmlu lilek,Fuq rasek stess għad jaqa’ għemilek. (15).It-taqsim tal-ktiebIl-kastig ta’ Edom (1-14)Jum il-Mulej (15-21)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help