FILIPPIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn l-ittraWaqt it-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu, Pawlu kien waqqaf il-Knisja ta’ Filippi, belt importanti ħafna fil-Grigal tal-Greċja. Ir-reġjun fejn tinsab il-belt hu magħruf bħala l-Maċedonja, u kien propju minn hawn li Pawlu rifes l-ewwel darba fl-Ewropa.Kellu ġibda speċjali lejn din il-komunità kif jidher minn din l-ittra. Min-naħa tagħhom, il-Filippin ukoll kellhom imħabba kbira lejh, tant li kienu jibagħtulu rigali biex jgħinuh fil-bżonnijiet tiegħu waqt li kien il-ħabs. Jinqeda b’din l-ittra biex jirringrazzjahom għall-ġest ġeneruż tagħhom u jagħtihom aħbaru.Din l-ittra hi karatterizzata mill-ferħ, sliem, għaqda u perseveranza li ġġib magħha l-fidi nisranija. Minkejja l-persekuzzjoni li hu kien għaddej minnha, u t-tbatijiet li sar jaf li kienu qed isofru l-Filippin, Pawlu jibqa’ jinsisti li xejn ma jista’ jaqta’ qalb in-nisrani, għax is-sliem ta’ Alla jegħleb kull tfixkil.Pawlu jwissi lill-Filippin, li kienu “l-għożża u x-xewqa tiegħi, ferħ u kuruna tiegħi” (4,1), biex iżommu sħaħ fil-fidi u ma jimxux fuq l-ideat li kienu qed jixxandrulhom. Ma kellhomx għalfejn jobdu l-liġi ta’ Mosè biex isalvaw, għax Kristu ġedded kollox u fih hemm il-milja ta’ kull salvazzjoni.Fi Kristu hemm il-mudell tal-ħajja fit-totalità tagħha, u allura Pawlu jfakkarhom biex jaħsbu u jgħixu kif kien jaħseb u jgħix Kristu.Hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla,ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir;sar jixbah lill-bniedem,u deher minn barra bħala bniedem;ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,anzi sal-mewt tas-salib (2,6-8).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-11)Iċ-ċirkostanzi personali ta’ Pawlu (1,12-26)Il-ħajja fi Kristu (1,27—2,18)Pjani għal Timotju u Epafroditu (2,19-30)Twiddib kontra l-għadu u l-perikli (3,1—4,9)Pawlu u ħbiebu l-Filippin (4,10-20)Konklużjoni (4,21-23)