EŻEKJEL 36 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 36It-tiġdid ta’ art Iżrael

1“U int, o bniedem, ħabbar lill-muntanji ta’ Iżrael u għidilhom: Muntanji ta’ Iżrael, isimgħu l-kelma tal-Mulej:

2Dan jgħid Sidi l-Mulej:

Talli l-għadu tagħkom qal għalikom:

‘Ah! Il-muntanji ta’ dejjem saru l-wirt tagħna!’

3Ħabbar għalhekk, u għid:

Dan jgħid Sidi l-Mulej: Sewwasew talli għamlu ħerba minnkom u stmerrewkom minn kull naħa għax sirtu l-wirt tal-bqija tal-ġnus, u ġejtu f’ilsien in-nies u t-tqassis tal-poplu,

4għalhekk: O muntanji ta’ Iżrael, isimgħu l-kelma ta’ Sidi l-Mulej: Dan jgħid Sidi l-Mulej lill-muntanji, lill-għoljiet, lill-ħniedaq, lill-widien, lill-ħerbiet u ’l-ibliet mitluqa, li saru l-priża u d-daħk tal-bqija tal-ġnus madwar.

5“Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: Iva! Fil-ħeġġa tal-għira tiegħi tkellimt kontra l-bqija tal-ġnus u kontra Edom kollu. B’qalbhom kollha ferħ u b’ruħhom kollha tmaqdir, lil arti għamluha tagħhom b’wirt, biex qerduha u serquha.

6“Għalhekk ħabbar lill-art ta’ Iżrael, u għid lill-muntanji u ’l-għoljiet, lill-ħniedaq u l-widien: Dan jgħid Sidi l-Mulej, ‘Arawni, jien tkellimt f’għadbi u l-għira tiegħi, għax intom kellkom toqogħdu għat-tagħjir tal-ġnus,

7għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: Jien nerfa’ idi u naħlef li l-ġnus ta’ madwarkom huma wkoll għad ikollhom joqogħdu għat-tagħjir.

8Intom, muntanji ta’ Iżrael, għad tarmu l-friegħi u tagħmlu l-frott għal Iżrael, il-poplu tiegħi, għax waslu biex jerġgħu lura.

9Arawni, jien niġi u ndawwar wiċċi lejkom, u intom għad jaħdmukom u jiżirgħukom.

10Jien inkattrilkom in-nies, dar Iżrael kollha; l-ibliet jitgħammru u l-ħerbiet jinbnew mill-ġdid.

11Inkattrilkom in-nies u l-bhejjem fuqkom; jitkattru u jnisslu. Ngħammarkom bħalma kontu qabel, u nimliekom bil-ġid aktar minn qatt qabel, u tkunu tafu li jien il-Mulej.

12U nġib fuqkom in-nies, il-poplu tiegħi Iżrael, jeħduk f’idejhom, u tkun int il-wirt tagħhom, u ma ċċaħħadhomx aktar minn uliedhom.

13“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Talli marru jgħidulek, ‘Int art tiekol in-nies, u tisraq lil ġensek minn uliedu,

14għalhekk ma tikolx aktar in-nies, u anqas iċċaħħad il-poplu tiegħek minn uliedu, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

15Ma nħallikx tisma’ aktar it-tagħjir tal-ġnus; ma ġġorrx aktar fuqek l-għajb tal-ġnus, u l-poplu tiegħek ma ċċaħħdux aktar minn uliedu, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.’ ”

It-tiġdid tal-poplu ta’ Iżrael

16U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

17“O bniedem, meta d-dar ta’ Iżrael kienu għadhom f’arthom, huma tebbgħuha bl-imġiba tagħhom u b’għemilhom. Imġibthom quddiemi kienet bħall-ħmieġ ta’ mara mxahhra..

25“U rroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom; mill-idoli kollha tagħkom insaffikom.S 51,4; Żak 13,1; Ġw 3,5.

26U nagħtikom qalb ġdida, u ruħ ġdida nqiegħed ġo fikom; u nneħħi minn ġisimkom il-qalb tal-ġebel u nagħtikom qalb tal-laħam flokha.Ġer 4,4; 31,33; Eżek 11,19; 18,31; 2 Kor 3,3.

27U nqiegħed ruħi ġo fikom, u nagħmel li timxu skont il-kmandamenti tiegħi, u li żżommu l-preċetti tiegħi u tħarsuhom.Is 42,1; 44,3; 59,21; Ġer 31,3; Gal 5,22-25; 1 Tess 4,8; 1 Ġw 3,23-24.

28U tgħammru fl-art li tajt ’il missirijietkom, u intom tkunu l-poplu tiegħi u jiena nkun Alla tagħkom.

29U neħliskom mit-tinġis kollu tagħkom, u nsejjaħ lill-qamħ u nkattru, u ma nibagħtilkomx aktar il-ġuħ.

30Inkattar frott is-siġar u r-raba’ tagħkom, biex ma jkollkomx aktar l-għajb tal-ġuħ fost il-ġnus.

31Imbagħad tiftakru fl-imġiba ħażina tagħkom u fl-għemejjel ħżiena tagħkom. U tistmerru lilkom infuskom għall-ħażen tagħkom u għall-għemejjel mistkerrha tagħkom.Eżek 6,9; 16,61-63; 20,43.

32U kunu afu li mhux minħabba fikom li qed nagħmel dan, oraklu ta’ Sidi l-Mulej. Istħu u ħammru wiċċkom minħabba l-imġiba tagħkom, dar Iżrael!

33“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Fil-jum li fih innaddafkom mit-tinġis kollu tagħkom, ngħammar mill-ġdid l-ibliet tagħkom u nibni mill-ġdid il-ħerbiet tagħkom.

34L-art imħarbta, li kienet saret ħerba għal għajnejn kull min kien jgħaddi, terġa’ tinħadem.

35U kulħadd jgħid: ‘L-art li kienet imħarbta issa qisha l-ġnien tal-Għeden, u l-ibliet imġarrfa, mitluqa u mħarbta issa huma bliet qawwija u mimlija nies.’Is 51,3.

36U l-ġnus li baqa’ madwarkom jagħrfu li jien, il-Mulej, bnejt mill-ġdid dak li ġġarraf u tellajt mill-ġdid is-siġar fl-art li kienet ħerba. Jien il-Mulej, dan għedt u dan nagħmel.

37“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Dan ukoll inħallihom jitolbuni d-dar ta’ Iżrael li nagħmlilhom: inkattrilhom in-nies bħan-nagħaġ.

38“Bħan-nagħaġ ikkonsagrati, bħan-nagħaġ f’Ġerusalemm fil-festi l-kbar tagħha; hekk ikunu mimlija l-ibliet imġarrfa bl-imrieħel tan-nies, u jkunu jafu li jien il-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help