1Fit-tieni sena tas-sultan Dariju, fis-sitt xahar, fl-ewwel tax-xahar, il-Mulej, permezz tal-profeta Ħaggaj, kellem lill Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’ Ġuda, u lil Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u qalilhom:
7Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċiti: “Ġibu quddiem għajnejkom minn xiex għaddejtu!
8Itilgħu fuq il-muntanja, ġibu l-injam u ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha u nissebbaħ fiha,” jgħid il-Mulej.
9“Stennejtu li jkollkom ħafna, u ara, ftit kellkom; u meta ħżintuh fi djarkom, jiena nfaħt u tajjarthulkom. Għaliex? Oraklu tal-Mulej tal-eżerċiti: Għax hi dari li hi ħerba, waqt li intom kull wieħed minnkom iħaffef lejn daru.Lev 26,19-20; 2 Slat 25,9.
10Kien għalhekk li fuqkom ingħalqu s-smewwiet u ma tawx nida, u l-art ċaħditilkom il-frott.Ġen 27,28; Lev 26,19; Għam 4,6-9.
11U jien sejjaħt in-nixfa fuq l-art, fuq il-muntanji, fuq il-qamħ, fuq l-inbid ġdid, fuq iż-żejt, fuq dak li trodd l-art, fuq il-bnedmin u fuq il-bhejjem, fuq kulma jmissu l-idejn.”
12Imbagħad Żerubbabel bin Sijaltijel, u Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u l-bqija tal-poplu kollu, semgħu s-sejħa tal-Mulej, Alla tagħhom, u l-kliem tal-profeta Ħaggaj, kif bagħtu l-Mulej, Alla tagħhom. U l-poplu beża’ mill-Mulej.
13U Ħaggaj, il-messaġġier tal-Mulej, wassal lill-poplu l-messaġġ tal-Mulej u qalilhom: “Jiena magħkom, oraklu tal-Mulej.”
14U l-Mulej qajjem l-ispirtu ta’ Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’ Ġuda, u l-ispirtu ta’ Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u l-ispirtu tal-bqija tal-poplu kollu, u ġew u qabdu x-xogħol fid-dar tal-Mulej tal-eżerċti, Alla tagħhom,Esd 1,5.
15fl-erbgħa u għoxrin jum tas-sitt xahar.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.