18[1] Mordekaj ftakar fl-għemejjel kollha tal-Mulej u talab u qal:
19[2] “Mulej! Mulej! Sultan li tista’ kollox, kollox fis-setgħa tiegħek, u ħadd ma hemm li jista’ jiqaflek jekk int trid issalva lil Iżrael.
20[3] “Int għamilt is-sema u l-art u l-ħwejjeġ kollha tal-għaġeb li hawn taħt is-sema;
22[5] “Int kollox taf, Mulej. Int taf li jekk ma nżiltx wiċċi fl-art quddiem Ħaman, il-kburi, dan ma għamiltux b’insolenza, b’suppervja, jew b’xewqa ta’ ġieħ;
33[16] “Sa minn ċkuniti, fi ħdan il-familja ta’ missirijieti, jien kont nisma’ li int, Mulej, għażilt lil Iżrael minn fost il-ġnus kollha, u ’l missirijietna minn fost l-antenati tagħhom biex ikunu l-wirt tiegħek għal dejjem, u għamilt magħhom skont ma wegħedthom.
34[17] “U aħna issa dnibna quddiemek, u int tlaqtna f’idejn l-għedewwa tagħna,
35[18] għax aħna tajna l-glorja lill-allat tagħhom. Int ġust, Mulej!
36[19] “Iżda huma issa mhumiex kuntenti bl-imrar tal-jasar tagħna, ftiehmu mal-allat tagħhom
37[20] li jħassru s-sentenza li int lissint b’fommok biex jeqirdu l-wirt tiegħek, u jagħlqu fomm dawk li jfaħħruk, jeqirdu l-ġmiel tat-tempju u l-artal tiegħek,
38[21] u jiftħu fomm il-ġnus biex ifaħħru l-frugħat tal-allat tagħhom, u jqimu għal dejjem sultan tad-demm u l-laħam.
39[22] “Titlaqx, Mulej, ix-xettru tiegħek f’idejn ix-xejn; tħallihomx jifirħu bil-qerda tagħna, imma dawwar il-fehma tagħhom kontra tagħhom stess, u agħmel eżempju minn dak li beda l-ewwel jeħodha kontra tagħna.
40[23] “Ftakar fina Mulej, uri ruħek fi żmien l-hemm tagħna u qawwili qalbi, Sultan fuq l-allat, u setgħan fuq kull setgħa.
45[28] “Il-qaddejja tiegħek qatt ma kielet mill-mejda ta’ Ħaman, u qatt ma stmajt il-pranzijiet tas-sultan, u qatt ma xrobt mill-inbid offrut lill-allat.
46[29] U minn mindu sibt ruħi hawn sal-lum, qatt ma ferħet il-qaddejja tiegħek ħlief bik, Mulej, Alla ta’ Abraham.
47[30] “Alla li għandek setgħa fuq kollox, isma’ l-għajta ta’ dawk li qatgħu jieshom, u eħlisna minn idejn il-ħżiena. Eħlisni mill-biża’ tiegħi.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.