1Miktam. Ta’ David.
Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.
2Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi,
m’għandix ġid ieħor ħliefek.”
3It-twajbin huma l-kbar f’din l-art;
fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi.
4L-hemm tagħhom ikattru
dawk li jaħtru allat oħra.
Lil dawn ma nsawwabx id-demm b’sagrifiċċju,
anqas isimhom ma nsemmi b’xufftejja.
5Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,
inti żżomm f’idejk xortija.
6Il-kejl tani art li tgħaxxaq:
messni sehem tassew għal qalbi.
7Imbierek lill-Mulej li tani l-fehma;
imqar billejl qalbi tgħallimni.
8Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,
għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.
9Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,
u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
10Għax int ma titlaqnix fl-imwiet,
ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.
11Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;
hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.