1 KRONAKI 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Offerti u sagrifiċċji

1U hekk ġiebu l-arka ta’ Alla u qegħduha f’nofs it-tinda li kien waqqaf għaliha David, u offrew sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem Alla.

9Għannulu u doqqulu,

xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha.

10Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu,

tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu lill-Mulej.

11Ħabirku biex tagħrfu lill-Mulej u l-qawwa tiegħu,

fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.

12Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel,

fl-għeġubijiet u l-ġudizzji tiegħu.

13Nisel Iżrael, il-qaddej tiegħu,

ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu.

14Jaħweh hu Alla tagħna!

Mal-art kollha l-ġudizzji tiegħu.

15Ftakru għal dejjem fil-patt tiegħu,

fil-kelma li ta għal elf nisel;

16fil-patt li għamel ma’ Abraham,

fil-wegħda li ħalef lil Iżakk;

17li ġedded lil Ġakobb b’liġi,

lil Iżrael b’patt għal dejjem,

18meta qal: “Lilek nagħti l-art ta’ Kangħan,

bħala sehem tal-wirt tagħkom.”

19Ftit kontu għadkom tgħoddu,

ma kontux ħlief ftit u barranin f’dik l-art;

20jiġġerrew minn ġens għal ieħor,

minn saltna għal għand poplu ieħor.

21Hu ma ħalla ’l ħadd jaħqarhom;

slaten rażżan minħabba fihom.

22“Tmissux lil dawk li huma kkonsagrati lili,

tagħmlux deni lill-profeti tiegħi.”

23Għannu, art kollha, lill-Mulej.

Ħabbru minn jum għal ieħor is-salvazzjoni tiegħu.

24Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu,

fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu.

25Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna,

tal-biża’ aktar mill-allat kollha.

26Għax kollha frugħa l-allat tal-popli,

Jaħweh hu li għamel is-smewwiet.

27Ġmiel u sebħ huma quddiemu,

qawwa u ferħ hemm f’postu.

28Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli,

agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa,

29agħtu lill-Mulej is-sebħ ta’ ismu.

Ġibulu l-offerti u idħlu quddiemu;

inxteħtu quddiem il-Mulej b’tiżjin qaddis.

30Triegħdu, art kollha, quddiemu.

Hu jżomm sħiħa d-dinja biex qatt ma titħarrek.

31Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art.

Ħalli jgħidu fost il-ġnus: “Il-Mulej isaltan.”

32Ħa jħabbat il-baħar u kulma fih.

Ħa jifraħ ir-raba’ u kulma fih,

33u jgħannu bil-ferħ is-siġar tal-bosk,

quddiem il-Mulej, għax ġej

biex jagħmel ħaqq mid-dinja.

34Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

35Għidu: Salvana, Alla

tas-salvazzjoni tagħna,

u iġmagħna minn fost il-ġnus,

biex irroddu ħajr lill-isem imqaddes tiegħek,

u niftaħru bit-tifħir tiegħek.

36Imbierek il-Mulej Alla ta’ Iżrael

minn dejjem għal dejjem!”

U l-poplu kollu wieġeb: “Ammen”. U bdew ifaħħru l-Mulej.

Il-ministeru tal-arka

37U ħalla hemm lil Asaf u ’l ħutu quddiem l-arka tal-patt tal-Mulej, biex iservu hemm dejjem quddiem l-arka, skont ma jkun hemm bżonn minn jum għal ieħor.

38Kif ukoll lil Għobededom u tmienja u sittin minn ħutu; u Għobededom bin Ġedutun, u Ħosa bħala purtinara.

39U ’l Sadok, il-qassis, u ’l ħutu l-qassisin ħalliehom quddiem it-tabernaklu tal-Mulej fuq l-għolja ta’ Gibgħon,

43U l-poplu kollu mar, kulħadd għal daru, u David mar id-dar biex ibierek lil niesu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help