1 KORINTIN 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Il-qawmien ta’ Ġesù Kristu

1L-aħwa, irrid infakkarkom fl-Evanġelju li xandarnielkom u li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ.

2Bih intom salvi bil-kelma li jien ħabbartilkom, kemm-il darba żżommuha, jekk ma emmintux għal xejn.

3Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skont l-Iskrittura;, jekk il-mejtin ma jqumu bl-ebda mod? Għaliex jitgħammdu għalihom?

30U għaliex aħna ninsabu l-ħin kollu fil-periklu?

għax għada mmutu!”

33La titqarrqux: il-ħbiberija ħażina tħassar id-drawwiet tajba.

34Erġgħu għal sensikom kif għandu jkun u tidinbux; u, b’għajb għalikom ngħidu, xi wħud minnkom ma jafux b’Alla.Il-ġisem glorjuż

35Għandu mnejn xi ħadd jgħid: “Kif iqumu l-mejtin? B’liema ġisem jiġu?”

36Iblah! Dak li inti tiżra’ ma jkollux ħajja jekk qabel ma jmutx.

50Dan ngħidilkom, l-aħwa; id-demm u l-laħam ma jistgħux jirtu s-saltna ta’ Alla; lanqas it-taħsir in-nuqqas tat-taħsir.

51Sa nħabbrilkom misteru: aħna mhux ilkoll norqdu r-raqda tal-mewt, iżda lkoll nitbiddlu,

55 Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek?

Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?”

56In-niggieża tal-mewt hi d-dnub, u l-qawwa tad-dnub hi l-Liġi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help