LUQA 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22Ftehim kontra Ġesù(Mt 26,1-5.14-16; Mk 14,1-2.10-11; Ġw 11,45-53)

1Kienet riesqa l-festa tal-Ażżmi, jiġifieri l-Għid. dwar il-mod kif jagħtihom lil Ġesù f’idejhom.

5Huma ferħu ħafna, u ftiehmu miegħu li jagħtuh xi flus.

6U hu tahom kelmtu, u beda jara jsibx okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom bil-moħbi tal-poplu.

Ġesù jħejji għall-ikla tal-Għid(Mt 26,17-25; Mk 14,12-21)

7U wasal jum l-Ażżmi, il-jum li fih kien ikollhom jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid.It-twaqqif tal-Ewkaristija(Mt 26,26-30; Mk 14,22-26; 1 Kor 11,23-25)

14Meta sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda flimkien mal-appostli.

15U Ġesù qalilhom: “Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati!

16Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla.”Min hu l-akbar fis-Saltna ta’ Alla

24Inqalgħet ukoll kwistjoni bejniethom dwar min minnhom kellu jinżamm bħala l-akbar wieħed.It-taħbira taċ-ċaħda ta’ Pietru(Mt 26,31-35; Mk 14,27-31; Ġw 13,36-38)

31“Xmun! Xmun! Ara, ix-Xitan riedkom f’idejh biex jgħaddikom mill-għarbiel bħall-qamħ;Twissija ta’ Ġesù

35Imbagħad qalilhom: “Naqsitkom xi ħaġa meta bgħattkom bla borża u bla ħorġa u bla qorq!” “Ma naqasna xejn,” weġbuh. mis-sema biex jagħmillu l-qalb,

44imma hu ħass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b’ħerqa akbar. L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sal-art.

45Imbagħad qam mit-talb, mar ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin minħabba s-swied ta’ qalb.

46“Kif!” qalilhom “Irqadtu? Qumu u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib!”Ġesù ttradut u arrestat(Mt 26,47-56; Mk 14,43-50; Ġw 18,3-11)

47Kif kien għadu jitkellem, waslet ġemgħa nies. Quddiem kien hemm dak li jismu Ġuda, wieħed mit-Tnax, u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu.

48Imma Ġesù qallu: “Bewsa għażilt, Ġuda, biex tittradih lil Bin il-bniedem?”

49Dawk ta’ madwaru, meta raw x’kien ġej, qalulu: “Mulej, tridx nagħtu bis-sejf?”Pietru jiċħad lil Ġesù(Mt 26,57-58.69-75; Mk 14,53-54.66-72; Ġw 18,12-18.25-27)

54Imbagħad qabdu lil Ġesù u ħaduh magħhom, u daħħluh fil-palazz tal-qassis il-kbir. Pietru baqa’ miexi warajhom mill-bogħod.Lq 22,33.

55Meta mbagħad qabbdu n-nar f’nofs il-bitħa u nxteħtu bilqiegħda madwaru, Pietru mar qagħad bilqiegħda f’nofshom.

56Imma kif kien hemm bilqiegħda maġenb in-nar, ratu waħda qaddejja, waħħlet għajnejha fuqu u qalet: “Dan ukoll kien miegħu!”

57Iżda hu ċaħad u qalilha: “Mara, anqas biss nafu!”

58Wara ftit rah xi ħaddieħor, u qallu: “Int ukoll wieħed minnhom.” Imma Pietru wieġbu: “Le, sieħeb, m’iniex!”

59Għaddiet xi siegħa u raġa’ kien hemm ieħor li beda jisħaq u jgħid: “Iva, tassew, dan ukoll kien miegħu, għax dan ukoll mill-Galilija.”

60Iżda Pietru qallu: “Ma nafx x’inti tgħid, sieħeb.” U minnufih, kif kien għadu jitkellem, is-serduk idden.

61U l-Mulej dar u ħares lejn Pietru; u Pietru ftakar fil-kelma li l-Mulej kien qallu, ‘Illum, qabel ma jidden is-serduk, inti tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.’Lq 22,34.

62U ħareġ ’il barra jibki b’qalbu maqsuma.

Ġesù mżeblaħ u msawwat(Mt 26,67-68; Mk 14,65)

63L-irġiel li kienu qegħdin iżommu lil Ġesù bdew jgħadduh biż-żufjett u jsawtuh,

64u għattewlu wiċċu u bdew jistaqsuh u jgħidulu: “Aqta’ min tahielek din id-daqqa!”

65U qagħdu jgħajruh b’ħafna kliem ieħor.

Ġesù quddiem is-Sinedriju(Mt 26,59-66; 27,2; Mk 14,55-64; 15,1; Ġw 18,19-24)

66Meta sebaħ, iltaqgħet il-ġemgħa tax-xjuħ tal-poplu, il-qassisin il-kbar u l-kittieba, u ħadu lil Ġesù quddiem is-Sinedriju tagħhom.

67U qalulu: “Jekk inti l-Messija, għidilna.” Iżda hu weġibhom: “Jekk ngħidilkom, ma temmnux;Ġw 3,12; 8,45; 10,25.

68jekk nistaqsikom, ma tweġbux.

69Imma minn issa ’l quddiem Bin il-bniedem ikun bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta’ Alla li jista’ kollox.”S 110,1; Atti 7,56.

70U lkoll qalulu: “Inti mela l-Iben ta’ Alla?” “Intom stess qegħdin tgħiduh,” qalilhom, “Iva, jien.”Mt 4,3-6; Lq 4,41.

71“Xi ħtieġa għandna iżjed ta’ xhieda?” qalu huma, “Għax smajnieha aħna minn fommu stess!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help