1Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.
2In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard.
7F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem.
8Missier Publju inzerta mixħut, marid bid-deni u d-disenterija. Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejqu.
9Wara dan imbagħad bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom.
10Urewna ġieħ kbir, u meta ġejna biex nitilqu, għabbew fuq il-ġifen kulma konna neħtieġu.
Pawlu jasal Ruma11Wara tliet xhur tlaqna fuq ġifen li kien għadda x-xitwa fil-gżira; kien ġifen ta’ Lixandra, bix-xbieha tad-Dijoskuri fil-pruwa.
12Inżilna Sirakuża, fejn qgħadna tlitt ijiem.
13Minn hemm għaddejna max-xatt ix-xatt u wasalna Reġġju. Il-jum ta’ wara qam riħ min-Nofsinhar, u l-għada wasalna Putijoli.
14Hemm sibna xi aħwa, li stednuna noqogħdu sebat ijiem magħhom. U hekk wasalna Ruma.
15L-aħwa ta’ din il-belt, li semgħu bina, ġew sal-Forum ta’ Appju u sat-Tliet Tvieren biex jilqgħuna. Malli rahom, Pawlu radd il-ħajr ’l Alla u qawwa qalbu.
16Meta dħalna Ruma, Pawlu tawh il-permess joqgħod għalih b’suldat għassa miegħu.Pawlu jippriedka f’Ruma
17Tlitt ijiem wara, huwa laqqa’ flimkien miegħu l-kapijiet tal-Lhud, u kif kienu miġbura miegħu qalilhom: “L-aħwa, għalkemm jien ma għamilt xejn kontra l-poplu jew kontra d-drawwiet ta’ missirijietna, f’Ġerusalemm tawni priġunier f’idejn ir-Rumani.
23Ftiehmu miegħu fuq il-jum, u ġew għandu, fejn kien joqgħod, ħafna aktar milli kienu ġew id-darba ta’ qabel. U minn filgħodu sa filgħaxija qagħad jagħtihom xhieda u jfissrilhom x’inhi s-Saltna ta’ Alla, u għamel kemm felaħ biex jipperswadihom permezz tal-Liġi ta’ Mosè u l-Profeti ħalli jemmnu f’Ġesù Kristu.
24Xi wħud emmnu dak li qalilhom, oħrajn ma emmnux.
25Billi ma qablux bejniethom, kulħadd telaq għal rasu. Pawlu kelma waħda qalilhom: “Sewwa qal l-Ispirtu s-Santu lil missirijietkom permezz ta’ Isaija l-profeta,
26meta qal,
‘Mur għand dan il-poplu u għidilhom:
Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux,
u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.
27 Għax il-qalb ta’ dan l-poplu twebbset;
kienu tqal biex jisimgħu b’widnejhom
u għalqu għajnejhom,
li ma jmorrux jaraw b’għajnejhom
u jisimgħu b’widnejhom
u jifhmu b’moħħhom,
u hekk ibiddlu ħajjithom
u jiena nfejjaqhom.’
28Kunu afu, mela, li Alla bagħat din is-salvazzjoni tiegħu lill-pagani; u huma jisimgħu.”Sentejn f’Ruma
30Pawlu dam joqgħod hemm għal sentejn sħaħ fid-dar li kien kera; hemm kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jiġu għandu,Atti 28,16.
31ixandrilhom is-Saltna ta’ Alla u jgħallimhom fuq il-Mulej Ġesù Kristu bil-kuraġġ u bla tfixkil.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.