SALMI 8 - Maltese Bible with DC

Salm 8Il-kobor ta’ Alla u d-dinjità tal-bniedem

1Għall-mexxej tal-kor. Fuq “Il-Gittit”. Salm ta’ David.

2Mulej, Sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Int qegħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet.

3Int, li s-sebħ tiegħek jgħannih

fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib;

int, li bnejt sur kontra l-għedewwa,

biex iġġib fix-xejn l-għadu u ’l min iqum kontrik.

4Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk,

il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom!

5X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,

bin il-bniedem, biex taħseb fih?

6Ftit inqas mill-allat għamiltu,

bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

7qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ idejk!

Kollox taħt riġlejh qegħedtlu:

8in-nagħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri;

9l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

dak kollu li jterraq fil-baħar.

10Mulej, Sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help