SALMI 65 - Maltese Bible with DC

Salm 65Radd il-ħajr għall-ġid tas-sema

1Għall-mexxej tal-kor. Salm ta’ David. Għanja.

2Tifħir lilek jistħoqq, o Alla, f’Sijon;

lilek irroddu l-wegħda,

3int, li tisma’ talbna.

4Quddiemek jersaq kull bniedem,

minħabba fi ħtijietu.

Kbar wisq għalina dnubietna;

iżda inti taħfirhomlna.

5Hieni l-bniedem li inti tagħżel

u tqiegħdu jgħammar fit-tempju tiegħek.

Bil-ġid ta’ darek nixbgħu

fit-tempju mqaddes tiegħek.

6Tal-għaġeb kif tweġibna bil-ġustizzja tiegħek,

o Alla tas-salvazzjoni tagħna.

Int tama ta’ min jgħix fi truf l-art

u fi gżejjer fl-ibħra mbiegħda.

7Int twaqqaf fis-sod il-muntanji b’qawwietek,

int imħażżem bis-saħħa.

8Int issikket l-għajjat tal-ibħra,

u l-ħsejjes tal-imwieġ tagħhom,

u t-tixwix tal-popli.

9U jibżgħu dawk li jgħammru fi truf l-art

quddiem l-għeġubijiet tiegħek.

Il-Lvant u l-Punent

inti timliehom bil-ferħ.

10Inti żżur l-art u ssaqqiha,

u tagħniha bil-ġid tiegħek.

Il-wied ta’ Alla mimli bl-ilma;

il-qamħ tagħhom ħejjejtilhom.

11Hekk int tħejjiha:

issaqqi r-raddiet u twitti t-tub tagħha,

bl-irxiex trattabha u tberkilha ż-żrieragħ.

12Fawwart is-sena bi tjubitek,

triqatek bil-ġid joqtru.

13Joqtru bin-nida l-mergħat tad-deżert,

u bil-ferħ jitħażżmu l-għoljiet.

14Il-mergħat jimtlew bl-imrieħel,

il-widien jinksew bil-qamħ;

jgħajtu lkoll u jgħannu bil-ferħ!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help