1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: għal li għamlu lil ulied Iżrael, u mbagħad tinġabar ma’ niesek.”
3U Mosè kellem lill-poplu u qalilhom: “Armaw minn fostkom irġiel għall-gwerra, u jmorru għall-Midjanin, biex jitħallas minnhom il-Mulej;
7U tqabdu kontra l-Midjanin kif kien ikkmanda l-Mulej lil Mosè, u qatlu l-irġiel kollha.
8U barra l-maqtulin l-oħra, qatlu wkoll lis-slaten tal-Midjanin: Evi, Rekem, Sur, Ħur, Reba, ħames slaten ta’ Midjan; u ’l Balgħam bin Begħor qatluh bix-xabla.; u dak li ma jiflaħx għan-nar għadduh mill-ilma. bejn il-gwerriera li ħarġu għat-taqbid u l-bqija tal-ġemgħa.
28Erfa’ bħala tribut lill-Mulej mingħand kull gwerrier li ħareġ għat-taqbid, wieħed minn kull ħames mija min-nies, mill-baqar, mill-ħmir, min-nagħaġ.
29Teħodhom min-nofs li jmisshom u tagħtihom lil Elgħażar il-qassis, b’offerta lill-Mulej.
30“Min-nofs ta’ wlied Iżrael tieħu wieħed minn kull ħamsin min-nies, mill-baqar, mill-ħmir, min-nagħaġ u mill-bhejjem kollha, u tagħtihom lil-Leviti li jieħdu ħsieb is-servizz tat-tinda.”
31U Mosè u Elgħażar għamlu kif ordnalhom il-Mulej.
32U l-fdal tal-priża li kienu qabdu l-gwerriera kien: sitt mija u ħamsa u sebgħin elf nagħġa,
33tnejn u sebgħin elf baqra,
34wieħed u sittin elf ħmar;
35tnejn u tletin elf mara li qatt ma kellhom x’jaqsmu ma’ raġel.
36In-nofs li mess lil dawk li kienu ħarġu jitqabdu kien ta’ tliet mija u sebgħa u tletin elf u ħames mitt nagħġa,
37u minnhom sitt mija u ħamsa u sebgħin tribut lill-Mulej;
38sitta u tletin elf baqra, u minnhom tnejn u sebgħin tribut lill-Mulej;
39tletin elf u ħames mitt ħmar, u wieħed u sittin minnhom tribut lill-Mulej;
40sittax-il elf bniedem, u tnejn u tletin minnhom tribut lill-Mulej.
41U Mosè ta l-offerta tat-tribut lill-Mulej; u taha lil Elgħażar il-qassis, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
42In-nofs li kien imiss lil ulied Iżrael, li Mosè kien qasmu min-nofs,
43li kien imiss lill-gwerriera, kien ta’ tliet mija u sebgħa u tletin elf u ħames mitt nagħġa;
44sitta u tletin elf baqra;
45tletin elf u ħames mitt ħmar;
46u nies sittax-il elf.
47Minn dan in-nofs li kien imiss lil ulied Iżrael, Mosè ħa wieħed minn kull ħamsin min-nies u mill-bhejjem, u tahom lil-Leviti li jservu fis-santwarju tal-Mulej, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
48Imbagħad il-kmandanti tal-qtajja’ tal-gwerriera, il-kapijiet tal-eluf u l-kapijiet tal-mijiet resqu quddiem Mosè, kellmuh u qalulu:Mħ 8,24-27.
49“Aħna, il-qaddejja tiegħek, għaddejna l-gwerriera taħt il-ħakma tagħna, u ma sibna nieqes ebda wieħed.
50Nagħmlu għalhekk offerta lill-Mulej, mill-oġġetti tad-deheb li kull wieħed minna sab; brazzuletti, pendenti, ċrieket, imsielet u kullani biex naqilgħu l-maħfra quddiem il-Mulej.”
51U Mosè u Elgħażar il-qassis, ħadu mingħandhom id-deheb maħdum kollu.
52U d-deheb kollu li offrew lill-Mulej bi tribut, mingħand il-kapijiet tal-eluf u l-kapijiet tal-mijiet, kien ilaħħaq is-sittax-il elf, seba’ mija u ħamsin xekel.Eż 30,11-16.
53L-irġiel tal-eżerċtu ħadu kull wieħed dak li laħaq ħataf.
54U Mosè u Elgħażar il-qassis, ħadu d-deheb mingħand il-kapijiet tal-eluf u l-mijiet, u ħaduh fit-tinda tal-laqgħa b’tifkira għal ulied Iżrael quddiem il-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.