1Is-sultan Għarad tal-Kangħanin, li kien joqgħod fin-Negeb, sama’ li Iżrael kien ġej mit-triq ta’ Atarim; ħareġ jissielet miegħu, u qabad lil xi wħud minnhom priġunieri.
2U Iżrael għamel wegħda lill-Mulej u qal: “Jekk tagħtini f’idejja dan il-poplu, neqred l-ibliet tagħhom.”Is-serp tal-bronż
4U telqu minn ħdejn il-muntanja Ħor mat-triq tal-Baħar tal-Qasab biex jeħduha bid-dawra mal-art ta’ Edom, imma l-poplu ddejjaq jimxi,
5u beda jgerger kontra Alla u kontra Mosè: “Għala tellajtuna mill-Eġittu biex immutu fid-deżert? Mhawnx ħobż u lanqas ilma; aħna xbajna b’dan l-ikel ħafif.”
6U l-Mulej bagħat sriep velenużi f’nofs il-poplu u bdew jigdmuhom; u mietu ħafna mill-poplu ta’ Iżrael.
8U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Agħmel serp tal-bronż velenuż, u arbulah bħal stendard; u kull min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.”
9U Mosè għamel serp tal-bronż, u arbulah bħal stendard. U ġara li kull min kien jigdmu s-serp kien iħares lejn is-serp tal-bronż, u kien ifiq u jgħix.Ir-rebħa fuq Siħon
10U wlied Iżrael telqu minn hemm u waqfu f’Obot;:
“Waħeb f’Sufa u l-widien tal-Arnon,
15u x-xaqliba tal-widien,
li tieħu lejn l-għamajjar ta’ Għar,
u tmiss ma’ truf Mowab.”
16Minn hemm telqu lejn Bir; dan hu l-bir fejn il-Mulej qal lil Mosè: “Iġbor il-poplu flimkien u nagħtihom l-ilma.”
17Imbagħad Iżrael għannew din l-għanja:
“Fawwar ja bir! Għannulu!
18Bir li ħaffruh il-prinċpijiet.
U fetħuh il-kbarat tal-poplu
bix-xettru u l-bsaten tagħhom.”
U mid-deżert marru Mattana,
19u minn Mattana sa Naħlijel, u minn Naħlijel għal Bamot,
20u minn Bamot għall-wied li hemm fir-raba’ ta’ Mowab taħt il-quċċata tal-muntanja ta’ Pisga li tħares lejn id-deżert.
21Iżrael bagħat messaġġiera jgħidu lil Siħon, is-sultan tal-Amurrin;
23Imma Siħon ma riedx iħalli lil Iżrael jaqsam il-fruntieri tiegħu; u ġabar il-poplu tiegħu kollu, u ħareġ jaħbat għal Iżrael fid-deżert, u kif wasal f’Ġaħas ħabat għal Iżrael.
29Ħażin għalik Mowab,
int mitluf ġens ta’ Kemos.
Telaq ’l ulied maħrubin,
u l-bniet tiegħu mjassrin
f’idejn Siħon, is-sultan tal-Amurrin.
30Minn Ħesbon sa Dibon kollox meqrud,
kollox qridna minn Nofa,
bin-nar sa Medeba!”
31U Iżrael beda jgħammar fl-art tal-Amurrin.
Ir-rebħa fuq Għog32U Mosè bagħat xi rġiel jitkixxfu l-belt ta’ Ġagħżer; u Iżrael qabdu l-irħula tagħha, u keċċew l-Amurrin li kienu jgħammru hemm.
33Imbagħad daru u telgħu għat-triq ta’ Basan; u ħareġ għalihom Għog, is-sultan ta’ Basan, hu u l-poplu tiegħu kollu, biex jitqabad magħhom f’Edregħi.
34U l-Mulej qal lil Mosè: “Tibżgħux minnu għax f’idejk nerħih, lilu u l-poplu kollu tiegħu, u ’l artu; u tagħmillu bħalma għamilt lil Siħon, is-sultan tal-Amurrin, li kien joqgħod f’Ħesbon.”S 136,17-19.
35U ħabtu għalih, u għal uliedu, u għall-poplu kollu tiegħu, sakemm ma kien baqagħlu ebda wieħed; u ħadulu artu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.