1“Jekk il-ħalliel jinqabad huwa u jiftaħ, u jaħbtu għalih u joqtluh, ħadd ma jkun ħati ta’ ħajtu.
2Jekk jinqabad meta tkun diġà telgħet ix-xemx, min joqtlu jkun ħati ta’ ħajtu. Hu għandu jrodd, u, jekk ma jkollux biex, jinbiegħ biex ipatti għal dak li jkun seraq.
3Jekk il-bhima misruqa - gendus, ħmar, nagħġa - isibuha għandu, u tkun għadha ħajja, irodd id-doppju.
4“Jekk xi ħadd jagħmel ħsara fl-għalqa jew fil-qasam tad-dwieli ta’ xi ħaddieħor billi jitlaq il-merħla tiegħu tirgħa fl-għalqa ta’ ħaddieħor, irodd mill-aħjar wiċċ tal-għalqa jew tad-dwieli tiegħu.
5“Jekk jaqbad in-nar u jilħaq l-għolliq u jinħarqu l-qatet tal-qamħ jew iż-żara’, jew l-għalqa taqbad, ipatti għall-ħsara min ikun ta n-nar.
6“Jekk xi ħadd jagħti lil xi ħaddieħor flus jew ħwejjeġ biex iżommhomlu u jisirquhomlu minn daru, jekk isibu l-ħalliel, dan irodd id-doppju.
13“Jekk xi ħadd jissellef bhima mingħand xi ħadd, u din tweġġa’ jew tmut, u sidha ma jkunx magħha, għandu jrodd daqs kemm tiswa.
14Jekk sidha jkun magħha, ma jħallas xejn. Jekk ikun mikri jħallas mill-paga tiegħu.
Il-liġi dwar il-persuni15“Jekk xi raġel iqarraq b’xebba li ma tkunx imgħarrsa, u jorqod magħha, iħallas għaliha, u jeħodha b’martu..
17“Saħħara, tħallihiex tgħix.
18“Kull min jorqod ma’ bhima, ikun ħaqqu l-mewt.
19“Kull min joffri sagrifiċċji lill-allat, ħlief lill-Mulej, ikun meqrud.
20“La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art tal-Eġittu.
28“La tiddawwarx biex toffri mill-ħsad u l-għasir tiegħek.
“L-ewwel fost uliedek int tagħtih lili.
29L-istess tagħmel mill-baqar u min-nagħaġ tiegħek; il-ferħ żommu sebat ijiem ma’ ommu, iżda fit-tmien jum tagħtih lili.
30“Intom tkunu nies ikkonsagrati lili, la tiklux il-laħam ta’ bhima mqattgħa fir-raba’; imma ixħtuh lill-klieb.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.