1Ħażin għalihom dawk li jfasslu l-ħsara,
dawk li jsawru d-deni fuq soddithom!
U jagħmluh mas-sebħ filgħodu,
għax idejhom għandhom is-setgħa.
2Jekk jitlebilbu għall-għelieqi, jisirquhom;
jekk għad-djar, jaħtfuhom;
jagħmlu l-vjolenza fuq raġel u daru,
fuq is-sid u ġidu.
3Għalhekk dan jgħid il-Mulej:
“Ara, kontra din ir-razza ta’ nies
qed infassal ħsibijiet ta’ ħsara,
li ma teħilsux għonqkom minnha,
u ma tibqgħux timxu raskom merfugħa,
għax ikun żmien ħażin.”
4Dakinhar tiġu f’ilsien in-nies,
jgħannulkom għanja tal-biki u jgħidulkom:
“Aħna misruqin serqa għall-aħħar:
sehem il-poplu tiegħu qiegħed jitqies bil-ħbula,
m’hemm ħadd biex iroddhulu lura;
ir-raba’ tagħna sar sehem min seraqna.”
5Għalhekk għalikom ma jkunx hemm
min jixħet il-ħabel tal-qjies bix-xorti
fil-ġemgħa tal-Mulej.
Il-profeta li jhedded bil-ħsara6“Ixxerrdux xnigħat!” ixandru huma;
“Aħbarijiet bħal dawn m’għandhomx jixxandru!
Ebda għajb mhu se jaqa’ fuqna.”
7Jaqaw id-dar ta’ Ġakobb misħuta?
Jaqaw il-Mulej tilef sabru?
Dawn huma għemejjel tiegħu?
Kliemu mhuwiex kliem ta’ ġid
ma’ min jimxi dritt?”
8Intom li qomtu bħala għedewwa
għall-poplu tiegħi,
lill-bniedem fis-sliem
tneżżgħuh mill-mantar tiegħu,
lil min ikun għaddej b’rasu mistrieħa,
bħallikieku priża tal-gwerra.
9In-nisa tal-poplu tiegħi tgerrxuhom
minn djarhom fejn ikunu għal qalbhom.
Lil uliedhom tneħħulhom
il-ġieħ li jien tajthom għal dejjem.
10“Qumu u morru, għidulhom,
dan mhux post il-mistrieħ!”
Għal kull ħaġa ta’ xejn
tieħdu rahan bla qjies.
11Jekk jgħaddi bniedem fieragħ,
kollu gideb u qerq,
u jgħid: “Inħabbarlek inbid u xorb,”
dan isir il-profeta ta’ dan il-poplu.Wegħda ta’ tiġdid
12Niġbrok, Ġakobb, kollok kemm int,
niġbor il-fdal ta’ Iżrael,
nqegħedhom flimkien bħal nagħaġ f’maqjel,
bħal merħla f’nofs ta’ mergħa,
geġwiġija ta’ nies, bla ma jibżgħu minn ħadd.
13Jitla’ quddiemhom dak li jiftaħ it-triq,
jiftaħ it-triq, jgħaddu mill-bieb u joħorġu minnu,
u jgħaddi s-sultan tagħhom quddiemhom,
il-Mulej fir-ras tagħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.