SALMI 88 - Maltese Bible with DC

Salm 88Krib u lmenti fin-niket

1Għanja. Salm ta’ wlied Koraħ. Għall-mexxej tal-kor. Fuq “Fi żmien il-mard”(?). Maskil. Ta’ Ħeman, l-Eżraħi,

2Mulej, Alla tiegħi, binhar jien ngħajjat,

billejl jien nitniehed quddiemek.

3Ħa tasal it-talba tiegħi għandek,

agħti widen għat-talba tiegħi.

4Għax ruħi mimlija bil-hemm,

lejn il-qabar qed toqrob ħajti.

5Jien magħdud ma’ min nieżel fil-ħofra,

sirt qisni bniedem bla saħħa.

6Fost il-mejtin hu friexi,

bħall-maqtulin mimduda fil-qabar,

li fihom ma tiftakarx iżjed

u mhumiex aktar taħt idejk.

7Inti xħettni f’qiegħ il-ħofra,

fid-dlamijiet, f’qiegħ l-art.

8Fuqi tagħfas il-qilla tiegħek,

fuqi tfajt l-imwieġ kollha tiegħek.

9Ħadtli ’l ħbiebi ’l bogħod minni,

għamiltni ħaġa ta’ għajb għalihom;

ninsab magħluq, u ma nistax noħroġ;

10għajnejja mdallma bil-għali.

Lilek, Mulej, kuljum insejjaħ,

lejk immidd idejja.

11Tagħmel int għeġubijet mal-mejtin,

jew se jqumu l-erwieħ biex ifaħħruk?

12Tixxandar fil-qabar it-tjieba tiegħek,

jew f’post it-telfien il-fedeltà tiegħek?

13Jingħarfu fid-dlam l-għeġubijiet tiegħek,

jew f’art il-minsija l-ġustizzja tiegħek?

14Imma jien, Mulej, lejk ngħajjat,

filgħodu għandek tasal it-talba tiegħi.

15Għaliex, Mulej, twarrabni,

u taħbi wiċċek minni?

16Imsejken jien, u qisni mejjet sa minn żgħożiti,

inħossni mifni, imgħobbi bil-biża’ tiegħek.

17Għaddiet minn fuqi l-qilla tiegħek,

fnietni l-imġiba tiegħek tal-biża’.

18Kuljum bħall-ilma jdawruni,

flimkien minn kull naħa jagħlquni.

19Int bigħedt minni l-ħbieb u l-qraba,

sħabi huma d-dlamijiet.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help