DEWTERONOMJU 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Ir-rebħa fuq Għog

1“Imbagħad ilwejna u bqajna mexjin mat-triq ta’ Basan; u Għog, sultan ta’ Basan, ħareġ għalina, hu u l-poplu tiegħu kollu, biex jitqabad magħna f’Edregħi.

2“U l-Mulej qalli: ‘La tibżax minnu. Jien erħejtu f’idek, lilu u l-poplu tiegħu kollu, u l-art kollha tiegħu, u nagħmel miegħu dak li għamilt ma’ Siħon, is-sultan tal-Amurrin, li jgħammar f’Ħesbon.’

3“U l-Mulej, Alla tagħna, tana wkoll f’idejna lil Għog, sultan ta’ Basan, u l-poplu tiegħu kollu; qtilnieh u ma ħallejnielu lil ħadd ħaj.

4Dakinhar għelibna l-ibliet tiegħu kollha, u ma kienx hemm belt li ma qbadnihiex minn idejhom, sittin belt, l-inħawi kollha ta’ Argob, is-saltna kollha ta’ Għog f’Basan.

5Dawn kienu kollha bliet iffortifikati, swar għolja, bwieb u staneg, barra l-ħafna bliet miftuħa.

6Qridniehom bħalma għamilna ’l Siħon, sultan ta’ Ħesbon; qridna l-ibliet kollha, irġiel, nisa u tfal.It-tqassim tal-art

12“Din hi l-art, mela, li ħadna dak iż-żmien: minn Għarogħer, li qiegħda fuq il-wied tal-Arnon, u nofs il-muntanji ta’ Gilgħad bl-ibliet tagħhom, u tajthom lir-Rubenin u lill-Gadin.

18“F’dak iż-żmien tajtkom din l-ordni: ‘Il-Mulej, Alla tagħkom, riedkom tieħdu f’idejkom din l-art; mela intom, in-nies armati u kemm hemm fostkom nies ta’ ħila, tgħaddu lkoll qabel ħutkom ulied Iżrael;

21“Lil Ġożwè f’dak iż-żmien wissejtu u għedtlu: ‘Rajt b’għajnejk x’għamel il-Mulej, Alla tagħkom, lil dawk iż-żewġ slaten; hekk jagħmel il-Mulej lis-saltniet kollha, li int sejjer fihom.

22Tibżax minnhom, għax il-Mulej, Alla tagħkom, jitqabad għalikom.’

Mosè ma jidħolx f’Kangħan

23“Dak iż-żmien tlabt ħniena lill-Mulej u għedtlu:

29“U qgħadna fil-wied, biswit Bet-pegħor.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help