L-GĦANJA TAL-GĦANJIET Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIt-tifsira tal-isem tal-ktieb hi “l-isbaħ għanja fost l-għanjiet”. F’xi wħud mit-traduzzjonijiet insibu dan il-ktieb bl-isem ta’ L-Għanja ta’ Salamun.Dan il-ktieb hu ġabra ta’ għanjiet jew poeżiji li mara u raġel jindirizzaw lil xulxin biex ifissru mħabbithom. Kultant jitkellmu weħidhom jew ukoll jindirizzaw lill-ħbieb. F’xi wħud mill-poeżiji jiftakru fl-ewwel żminijiet tar-relazzjoni tagħhom. Uħud jarawha bħala poeżija waħda f’diversi taqsimiet.Dan il-ktieb ingħata diversi interpretazzjonijiet. Min jgħid li r-raġel hu s-Sultan Salamun. Oħrajn jgħidu li l-mara hi waħda li ttieħdet fil-palazz ta’ Salamun iżda li mħabbitha kienet lejn raġel ieħor f’belt twelidha. F’din l-interpretazzjoni, iż-żewġ maħbubin jerġgħu jingħaqdu fl-aħħar tad-dramm. Hemm min jara lil Alla u l-bniedem, jew lil Kristu u l-Knisja tiegħu, fil-koppja protagonista.Mod ieħor kif nistgħu naqraw il-poeżiji f’dan il-ktieb hu li naraw kemm tista’ tkun qawwija u profonda l-imħabba bejn raġel u mara. Fuq dan il-livell hu maħsub li aktarx li dawn il-poeżiji setgħu kienu parti miċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ f’Iżrael tal-qedem.Waħda mill-poeżiji tgħid:Għaliex bħall-mewt qawwija l-imħabba;daqs Art l-Imwiet hi kiefra l-għira;ix-xrar tagħha xrar tan-nar,nar tal-Mulej.Ilmijiet kbar mhuma se jaslu qattbiex jitfu l-imħabba,lanqas ix-xmajjar ma jġorruha magħhom.Il-bniedem li jrid jagħtil-ġid kollu ta’ darubiex jixtri l-imħabbatmaqdir isib (8,6-7).It-taqsim tal-ktiebDaħla (1,1-4)L-ewwel għanja (1,5—2,7)It-tieni għanja (2,8—3,5)It-tielet għanja (3,6—5,1)Ir-raba’ għanja (5,2—6,3)Il-ħames għanja (6,4—8,4)Is-sitt għanja (8,5-14)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help