ĠENESI 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Is-sejħa ta’ Abram

1U l-Mulej qal lil Abram: “Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik..

Abram fl-Eġittu

10U waqa’ l-ġuħ fuq l-art, u Abram niżel l-Eġittu biex jgħammar hemm bħala frustier; għax il-ġuħ kien għafas sew., biex jien ikolli r-riżq bik, u ħajti tibqa’ sħiħa minħabba fik.”

14U ġara li malli Abram daħal l-Eġittu, l-Eġizzjani raw li l-mara kienet sabiħa ħafna:

15rawha wkoll il-fizzjali tal-Fargħun u faħħruha quddiem il-Fargħun; u ħaduha fil-palazz tal-Fargħun.

16U Abram kellu r-riżq minħabba fiha, għax kellu mrieħel u baqar, ħmir u qaddejja rġiel u nisa, u ħmir nisa u iġmla.

17Imma l-Mulej darab lill-Fargħun u ’l daru b’kastigi kbar minħabba Saraj, il-mara ta’ Abram.

18U l-Fargħun sejjaħ lil Abram u qallu “X’inhu dan li għamiltli? Għala ma wrejtnix li din hi martek?

19Għala għedtli: ‘Din oħti’ u jien ħadtha b’marti? Issa, mela, hawn hi martek, ħudha u itlaq.”

20U l-Fargħun ta l-ordnijiet dwaru lil xi rġiel, u dawn qabbduh it-triq, lilu u ’l martu, b’kulma kellu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help