1U David qal f’qalbu: “Għad jasal jum meta ninqered b’idejn Sawl. M’hemmx aħjar milli naħrab f’art il-Filistin, u Sawl jaqta’ qalbu minni, u ma jfittixnix iżjed f’art Iżrael, u hekk neħles minn idejh.”
2U David qam u għadda, hu u s-sitt mitt raġel li kellu miegħu, għal għand Akis bin Magħok, sultan ta’ Gatt. u baqgħet tas-slaten ta’ Ġuda sa llum.1 Sam 30,1.
7Iż-żmien li David għadda f’art il-Filistin laħaq sena u erba’ xhur.1 Sam 29,3.
8David u n-nies tiegħu kienu jitilgħu u jaħbtu għall-Gesurin, għall-Girżin u għall-Għamalekin, għax dawn in-nies kienu jgħammru minn dejjem fl-art int u sejjer Sur, sal-art tal-Eġittu.Eż 17,8; Ġoż 13,2; 1 Sam 15,3.
9U David kien jaħbat għalihom u ma kienx iħalli ħaj raġel jew mara; u kien jieħu u jaqbad f’idejh imrieħel u baqar, ħmir u iġmla u lbies, u kien jerġa’ lura għand Akis.
10U Akis kien jistaqsih: “Fejn mortu taħbtu llum?” U David kien iwieġeb: “Lejn in-Negeb ta’ Ġuda, lejn in-Negeb ta’ Ġeraħmelin, u lejn in-Negeb tal-Kenin.”1 Sam 30,14; 1 Kron 2,9.
11U David ma kien iħalli ’l ħadd ħaj, la raġel u anqas mara, biex iġibhom f’Gatt għax kien jgħid: “Li ma jmorrux jixluna u jgħidu: ‘Hekk kien jagħmlilna David.’ ” U din kienet id-drawwa tiegħu sakemm dam jgħammar fir-raba’ tal-Filistin.
12U Akis kien jemmen f’David u jgħid: “Niesu umbrawh f’Iżrael; u issa jibqa’ qaddej tiegħi għal dejjem.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.