1U dawn huma l-ġnus li l-Mulej ħalla biex bihom iġarrab lil Iżrael, lil dawk kollha li ma kinux jafu bit-taqbid li kien sar qabel għal Kangħan.
2L-għan tiegħu kien biss li l-ġenerazzjonijiet ta’ wlied Iżrael jitgħallmu jitqabdu, għallinqas dawk li qatt ma kienu ġarrbu t-taqbid.
3Dawn kienu: Il-ħames prinċpijiet tal-Filistin, il-Kangħanin kollha, is-Sidonin u l-Ħiwwin, li kienu jgħammru fil-muntanji tal-Libanu mill-muntanja ta’ Bagħal-ħermon sad-daħla ta’ Ħamat.L-imħallef Eħud
12U wlied Iżrael issuktaw jagħmlu l-ħażin f’għajnejn il-Mulej u l-Mulej saħħaħ lil Għeglon, sultan ta’ Mowab, kontra Iżrael għax dawn għamlu l-ħażen f’għajnejn il-Mulej.
13Għeglon ġabar miegħu l-Għammonin u l-Għamalekin, u ħareġ jaħbat għal Iżrael, u ħa f’idejh Belt it-tamar.
14U wlied Iżrael qdew lil Għeglon, sultan ta’ Mowab, għal tmintax-il sena.
15U wlied Iżrael għajtu lill-Mulej, u l-Mulej qajmilhom salvatur, lil Eħud bin Gera, raġel xellugi mit-tribù ta’ Benjamin. U wlied Iżrael bagħtuh bit-tribut f’idu għand Għeglon, sultan ta’ Mowab.
16U Eħud għamel sejf b’żewġt ixfar, twil driegħ, u rabtu mal-ħżiem minn taħt il-ħwejjeġ fuq ġenbu tal-lemin.
17U mar joffri t-tribut lil Għeglon, sultan ta’ Mowab; u Għeglon kien raġel smin ħafna.
18U ġara li malli temm joffri t-tribut, Eħud bagħat in-nies li kienu jġorruh.
19U hu raġa’ lura minn ħdejn l-idoli li hemm ħdejn Gilgal u qallu: “Għandi kelma moħbija xi ngħidlek, Sultan.” Is-sultan ordna s-skiet u dawk li kienu preżenti ħdejh ħarġu ’l barra.L-imħallef Samgar
31Wara Eħud kien hemm Samgar bin Għanat, u dan darab sitt mitt raġel mill-Filistin b’niggiesa tal-baqar, u hekk ħeles hu wkoll lil Iżrael.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.