1Għanja tat-telgħat. Ta’ David.
Mulej, ma tkabbritx qalbi,
anqas ma ntrefgħu għajnejja;
jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar,
jew wara ħwejjeġ ogħla minni.
2Imma żammejt ruħi fis-skiet u l-mistrieħ,
bħal tarbija f’ħoġor ommha;
bħal tarbija miftuma,
hekk hi ruħi ġewwa fija.
3Ittama, Iżrael, fil-Mulej,
minn issa u għal dejjem!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.