1Pawlu wasal sa Derbi u Listra. Hemmhekk kien hemm dixxiplu jismu Timotju, bin mara Lhudija li kienet temmen, imma li missieru kien Grieg. u l-presbiteri ta’ Ġerusalemm u jħeġġuhom biex iħarsuhom.Raġel mill-Maċedonja jidher lill-Pawlu
6Qasmu mbagħad il-Friġja u l-art tal-Galazja, għax l-Ispirtu s-Santu ma ħallihomx ixandru l-kelma fl-Asja.
7Kif waslu fl-inħawi ta’ Misja, ippruvaw jidħlu f’Bitinja, imma l-Ispirtu ta’ Ġesù ma ħallihomx.
8Għalhekk għaddew minn Misja u niżlu Troas.
9Billejl Pawlu kellu viżjoni; ra raġel mill-Maċedonja, wieqaf, jitolbu hekk: “Ejja l-Maċedonja u għinna.”
10Malli ra din il-viżjoni, malajr fittixna nitilqu lejn il-Maċedonja, għax fhimna tajjeb li Alla kien sejħilna biex immorru nxandrulhom l-Evanġelju.
Il-konverżjoni ta’ Lidja11Għalhekk tlaqna bil-baħar minn Troas u bqajna sejrin lejn Samotraċja, u l-għada wasalna Neapoli.
12Minn hemm morna Filippi, li hi l-belt ewlenija tal-provinċja tal-Maċedonja u kolonja Rumana. Qgħadna għal ftit jiem f’din il-belt.
13Meta wasal is-Sibt, ħriġna barra l-bieb tal-belt, lejn xatt ix-xmara, fejn dehrilna li kien hemm dar tat-talb. Qgħadna bilqiegħda, u bdejna nkellmu lin-nisa li kien hemm miġbura flimkien.
14Waħda minnhom kien jisimha Lidja, mara minn Tijatira, neguzjanta tal-porpra u kienet tqim lil Alla. Hija qagħdet tismagħna, u l-Mulej fetħilha qalbha biex tifhem dak li kien jgħid Pawlu.
15Wara li tgħammdet, hi u l-familja tagħha, talbitna u qaltilna: “Jekk jidhrilkom li jiena nemmen fil-Mulej, ejjew oqogħdu d-dar tiegħi.” U ġagħlitna noqogħdu għandha.Pawlu u Sila fil-ħabs ta’ Filippi
16Darba waħda, aħna u sejrin lejn il-post tat-talb, iltaqgħet magħna tfajla lsira, li kellha l-ispirtu biex taqra x-xorti u kienet iġġib ħafna flus lis-sidien tagħha bit-teħbir li kienet tagħmel. saqajhom f’ċipp tal-injam.
25Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl Pawlu u Sila bdew jitolbu u jfaħħru ’l Alla bl-innijiet, u l-ħabsin jisimgħuhom.
26F’daqqa waħda sar terremot hekk kbir li s-sisien tal-ħabs theżżu, minnufih il-bibien kollha nfetħu beraħ u nħall l-irbit ta’ kulħadd.
27Kif l-għassies stenbaħ u ra l-bibien tal-ħabs miftuħa beraħ, silet is-sejf u kien se jneħħi ħajtu b’idejh, għax stħajjel li l-ħabsin kienu ħarbu. b’dan il-messaġġ: “Ħallu lil dawn l-irġiel imorru.”
36L-għassies wassal dan il-messaġġ lil Pawlu: “Il-maġistrati bagħtu jgħidulna biex nitilqukom. Mela issa oħorġu u morru bis-sliem.”
37Imma Pawlu qalilhom: “Sawtuna quddiem kulħadd, lilna, ċittadini Rumani, bla ma raw jekk aħniex ħatja jew le, u tefgħuna l-ħabs; u issa jridu jibagħtuna ’l barra bil-moħbi? Hekk le! Ħa jiġu u joħorġuna huma!”Atti 22,25.
38L-uffiċjali wasslu dan il-kliem lill-maġistrati, u dawn beżgħu malli saru jafu li kienu Rumani.
39Għalhekk marru u bdew iżiegħlu bihom; ħarġuhom ’il barra, u talbuhom biex iħallu l-belt.Mt 8,34.
40Kif ħarġu mill-ħabs, marru d-dar ta’ Lidja. Hemm iltaqgħu mal-aħwa, farrġuhom bi kliemhom, u telqu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.