TOBIT 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Tobit

1Il-Ktieb tal-ġrajja ta’ Tobit bin Tobijel, bin Ħananijel, bin Għadwel, bin Gabajel, nisel Għażijel, mit-tribù ta’ Naftali.

2Tobit kien meħud ilsir, fi żmien Enemessar, sultan tal-Assiri, minn Kedes, li tinsab fuq in-naħa tal-lemin ta’ Kades ta’ Naftali fil-Galilija ta’ fuq, ’il fuq minn Aser, mat-triq ta’ nżul ix-xemx, fuq in-naħa tax-xellug ta’ Fogor.L-imġiba ta’ Tobit

3Jiena, Tobit, kont nimxi fit-triq tas-sewwa u l-ġustizzja l-jiem kollha ta’ ħajti, u kont nagħmel ħafna karità ma’ ħuti u ma’ ġensi, li kienu ġew miegħi fl-art tal-Assiri, f’Ninwè.

5Ħuti kollha u d-dar ta’ Naftali, l-antenat tiegħi, kienu joffru s-sagrifiċċji lill-għoġol, li kien għamel f’Dan Ġerobogħam, is-sultan ta’ Iżrael, fuq l-għoljiet kollha tal-Galilija. għall-festi, kif inhu miktub b’liġi għal dejjem għal Iżrael. Kont inħaffef lejn Ġerusalemm u nieħu miegħi l-bikri tal-uċuħ, u l-ewwel frott tal-merħla u l-għexur mid-dħul, u l-ewwel ġeżżiet tan-nagħaġ. f’boroż għal Gabajel bin Gabri, qarib tiegħi, li kien joqgħod fil-pajjiż tal-Medja.

15Meta miet Enemessar u kien isaltan floku ibnu Sanħerib, ingħalqu t-toroq tal-Medja, u ma stajtx immur iktar il-Medja.

16Fi żmien Enemessar kont nagħmel ħafna karità ma’ ħuti li kienu minn ġensi.

17Ħobżi kont inqassmu lill-imġewħin, u ħwejġi lill-għarwenin; u jekk kont nara lil xi ħadd minn ġensi mejjet mixħut barra l-ħitan ta’ Ninwè, kont nidfnu.. Dan qiegħed lil Aħikar, bin ħija Ħananijel, teżorier tal-art kollha u telaq f’idejh l-amministrazzjoni kollha. Aħikar bin ħija Ħananijel kellu setgħa fuq l-art kollha.2 Slat 19,37; 2 Kron 32,21; Is 37,38.

22Imbagħad Aħikar indaħal għalija, u nżilt Ninwè. Fi żmien Sanħerib, sultan tal-Assiri, Aħikar kien diġà kuppier, kellu s-siġill f’idejh, kien amministratur u jżomm il-kontijiet; u Sarkedon għamlu għat-tieni darba; kien bin ħija u min-nisel tiegħi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help