1Għaddew tliet snin u ma kien hemm ebda gwerra bejn Iżrael u Aram.
2Fit-tielet sena Ġosafat, sultan ta’ Ġuda, niżel għand is-sultan ta’ Iżrael.
6U s-sultan ta’ Iżrael ġabar il-profeti, erba’ mitt wieħed, u staqsiehom: “Immur naħbat għal Ramot-gilgħad jew nibqa’ hawn?” U huma wieġbu: “Itla’, u jerħiha s-Sid f’idejn is-sultan.”
7U Ġosafat qal: “Ma għadx baqa’ xi profeta tal-Mulej, biex nistaqsu lilu.”
18U s-sultan ta’ Iżrael qal lil Ġosafat: “Ma għedtlikx jien, li mhux se jħabbarli r-riżq imma d-deni?”
19Imma l-profeta qal: “Mela isma’ l-kelma tal-Mulej: ‘Jien rajt lill-Mulej bilqiegħda fuq it-tron tiegħu, u l-eżerċti kollha tas-sema qegħdin fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħu.
37U s-sultan miet. Imbagħad marru s-Samarija, u difnu lis-sultan f’Samarija.
38Ħaslu l-karru fl-għadira tas-Samarija, u l-klieb lagħqu demmu; u nħaslu fiha n-nisa żienja, skont ma kien tkellem il-Mulej.
39U l-bqija tal-ġrajja ta’ Aħab u kulma kien għamel, il-palazz tal-avorju li kien tella’, u l-bliet kollha li kien bena, kollha huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
48Ma kienx hemm sultan f’Edom, imma kien isaltan reġġent:
49għalhekk Ġosafat bena iġfna ta’ Tarsis biex imorru f’Ofir ifittxu d-deheb, iżda ma marrux għax l-iġfna tfarrku f’Għesjon-geber.
50Imbagħad Aħażija bin Aħab qal lil Ġosafat: “Ħa jmorru l-qaddejja tiegħi mal-qaddejja tiegħek fl-iġfien.” Imma Ġosafat ma riedx.
51U Ġosafat strieħ ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ David missieru, u daħal isaltan floku Ġeħoram, ibnu.
Aħażija, sultan ta’ Iżrael52Aħażija bin Aħab beda jsaltan fuq Iżrael f’Samarija fis-sbatax-il sena ta’ Ġosafat, sultan ta’ Ġuda, u dam isaltan fuq Iżrael sentejn.
53U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, u qabad it-triq ta’ missieru, u t-triq ta’ ommu, u t-triq ta’ Ġerobogħam bin Nebat, li waqqa’ lil Iżrael fid-dnub.
54U kien jaqdi lil Bagħal u jinżel quddiemu wiċċu fl-art, u għaddab lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, bħalma kien jagħmel missieru.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.