1F’dak iż-żmien Ġuditta semgħet b’kulma ġara. Ġuditta kienet bint Merari bin Għoks, bin Ġużeppi, bin Għużżijel, bin Ħilkija, bin Ħananija, bin Gidgħon, bin Rafajn, bin Aħitob, bin Elija, bin Ħelkija, bin Elijab, bin Natanjel, bin Salamjel, bin Sarasadaj, bin Iżrael.
2Żewġha kien Manassi mit-tribù u r-razza tagħha, u miet fi żmien il-ħsad tax-xgħir.
7Kienet mara sabiħa ħafna fis-sura tagħha u l-ħlewwa ta’ wiċċha. Żewġha Manassi ħallielha deheb u fidda, ilsiera rġiel u nisa, imrieħel u raba’, u baqgħet tieħu ħsieb kollox hi.
8Ħadd ma seta’ jgħid xejn ħażin fiha, għax kienet tibża’ tassew minn Alla.
9Ġuditta saret taf bil-kliem iebes tal-poplu kontra l-kap tal-belt, għax kien naqashom l-ilma u kienu qatgħu qalbhom; u semgħet ukoll b’kulma kien qalilhom Għużżija, li ħalfilhom li jċedi l-belt lill-Assiri malli jgħaddu l-ħamest ijiem.
10Għalhekk bagħtet lill-qaddejja tagħha li kienet teħdilha ħsieb ħwejjiġha, u sejħet lil Kabri u lil Karmi, l-anzjani tal-belt.
Id-diskors ta’ Ġuditta11Malli waslu għandha qaltilhom: “Isimgħuni, intom il-kapijiet tan-nies ta’ Betulja! Intom ma tkellimtux sewwa llum mal-poplu u lanqas ma hu sewwa l-ġurament li ħadtu bejnkom u bejn Alla, u wegħedtu li ċċedu l-belt lill-għedewwa tagħkom, jekk il-Mulej ma jibagħtilkomx l-għajnuna fi żmien iffissat.
12Min intom intom biex iġġarrbu lil Alla llum u togħlew ’il fuq minn Alla fost il-bnedmin?
18“Għax ma kienx hawn fi żmienna, u lanqas hawn fostna llum, tribù jew familja, poplu jew belt, li tadura l-allat magħmula bl-idejn tal-bniedem, bħalma kien hemm fiż-żmien li għadda.It-tweġiba ta’ Għużżija
28Għużżija, imbagħad, weġibha: “Kulma għedt, għedtu minn qalb sinċiera, u ħadd ma jista’ jmieri kliemek.
29L-għerf tiegħek ma deherx illum, imma sa minn żgħożitek il-poplu għaraf l-għaqal tiegħek u fejn hi qalbek.
30Imma l-poplu mejjet bil-għatx u ġagħalna nagħtuh kelma li nagħmlu li għednielhom u nintrabtu b’ġurament li ma nistgħux niksruh.
31Int mara sewwa, itlob għalina, biex Alla jibagħtilna x-xita ħa jimtlew il-bjar tagħna, u ma ninfnewx aktar.”
32U Ġuditta wieġbet: “Isimgħuni, jien se nagħmel ħaġa li jibqgħu jiftakruha minn ġenerazzjoni għal oħra sal-aħħar waħda tal-poplu tagħna.
33Intom il-lejla oqogħdu ħdejn il-bieb u jien noħroġ mal-qaddejja tiegħi, u qabel iż-żmien li intom għedtu li terħu l-belt f’idejn l-għedewwa tagħna, il-Mulej ikun ħeles lil Iżrael permezz ta’ idejja.
34Intom tfittxux li tkunu tafu x’se nagħmel, għax ma ngħidilkomx qabel ma jseħħ dak li se nagħmel.”
35U Għużżija u l-kapijiet qalulha: “Mur bis-sliem u Alla jimxi quddiemek biex jitħallas mill-għedewwa tagħna.”1 Sam 1,17.
36U telqu mit-tinda u marru lkoll f’posthom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.