1U s-serp kien l-aktar wieħed li jilħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara: “Tassew li Alla qalilkom: ‘La tiklux mis-siġar kollha tal-ġnien’?”Il-ġudizzju u l-piena
9U l-Mulej Alla sejjaħ lil Adam u staqsieh: “Fejn int?”
10U dak wieġeb: “Smajt ħossok fil-ġnien u bżajt għax jien għeri, u nħbejt.” U staqsieh:
11“Min qallek li int għeri? Jaqaw kilt mis-siġra li jien ordnajtlek li ma tikolx minnha?”
12U wieġeb Adam: “Il-mara li inti tajtni għal miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt.”
13U l-Mulej Alla qal lill-mara: “X’inhu dan li għamilt?” U l-mara wieġbet: “Is-serp qarraq bija, u jien kilt.”
“Talli għamilt dan, misħut int
fost il-bhejjem kollha
u fost l-annimali selvaġġi.
Għal żaqqek titkaxkar,
u t-trab tal-art tiekol
il-jiem kollha ta’ ħajtek.
15U jien inqajjem mibegħda
bejnek u bejn il-mara,
bejn nislek u nisilha,
u hu jagħmel għal rasek
u int tagħmel għal għarqubu.”
16U lill-mara qalilha:
“Inkattarlek sewwa wġigħ it-tqala tiegħek,
u bl-uġigħ tiled it-tfal;
lejn żewġek tiġbdek xewqtek,
u jaħkem fuqek hu.”
17U lil Adam qallu:
“Talli inti smajt minn kelmet martek,
u kilt mis-siġra li ordnajtlek
ma tikolx minnha u għedtlek:
‘La tikolx minnha,’
misħuta l-art minħabba fik;
bit-taħbit tiekol minnha,
il-jiem kollha ta’ ħajtek.
18Xewk u għolliq tnibbitlek,
u int tiekol il-ħaxix selvaġġ.
19Bl-għaraq ta’ ġbinek
tiekol ħobżok,
sakemm terġa’ lura lejn l-art,
għax minnha int meħud.
Għax trab int,
u fit-trab terġa’ tmur.”
20U Adam semma lil martu Eva għax hi kienet omm il-ħajjin kollha.
21U l-Mulej Alla għamel lil Adam u ’l martu ħwejjeġ tal-ġild u libbishomlhom.
Il-bniedem imkeċċi mill-Għeden22U qal il-Mulej Alla: “Ara issa l-bniedem sar bħal wieħed minna, jagħraf it-tajjeb u l-ħażin; u issa xi jkun jekk imur imidd idejh u jieħu wkoll mis-siġra tal-ħajja, u jiekol, u jibqa’ ħaj għal dejjem?”Apk 2,7; 22,2.
23Għalhekk il-Mulej Alla keċċieh ’il barra mill-ġnien tal-Għeden biex jaħdem l-art li minnha kien ittieħed.
24U ħareġ lill-bniedem, u qiegħed il-kerubini n-naħa tal-Lvant tal-ġnien tal-Għeden, u s-sejf tan-nar iżiġġ, biex iħarsu t-triq għas-siġra tal-ħajja.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.