1“Tagħmel l-artal tal-gażżi, ħamest idriegħ tul, u ħamsa wisa’; l-artal ikun kwadru, tlitt idriegħ għoli.Eż 38,1-7; 1 Slat 8,64; Eżek 43,13-17.
2Tagħmillu qarn f’kull kantuniera, miksi bil-bronż, biċċa waħda miegħu.
3Tagħmillu l-ħwat għall-irmied, pwali, bwieqi, imqassijiet u twaġen; dawn il-ħwejjeġ kollha tagħmilhom tal-bronż.
4Tagħmillu gradilja maħduma bħal xibka tal-bronż; fl-erba’ kantunieri tax-xibka tagħmel erba’ ħoloq tal-bronż.
5Tqegħedha taħt il-ħanek tal-artal b’mod li x-xibka tasal sa nofs l-għoli tal-artal.
6Tagħmel erba’ lasti għall-artal, lasti tal-gażżi, miksija bil-bronż;
7u tgħaddihom minn ġol-ħoloq, b’mod li l-lasti jkunu fuq iż-żewġ naħat tal-artal meta jġorruh.
8Tagħmlu tat-twavel u vojt minn ġewwa, kif urejtek fuq il-muntanja.
Il-bitħa9“Tagħmel bitħa madwar it-tabernaklu; fuq in-naħa tan-nofsinhar ikollha purtieri wieqfa, għażel minsuġ fin, tul mitt driegħ għal naħa waħda;Eż 38,9-20; Eżek 40,17-49.
10u l-pilastri jkunu għoxrin u l-għoxrin maqgħad tagħhom tal-bronż, imma l-ganċijiet tal-pilastri u l-faxex tagħhom ikunu tal-fidda.
11U l-istess fuq in-naħa tat-Tramuntana jkun hemm ma’ tulha kollu purtieri wieqfa mitt driegħ tul, b’għoxrin pilastru u għoxrin maqgħad tal-bronż, imma l-ganċijiet tal-pilastri u l-faxex ikunu tal-fidda.
12Għall-wisa’ tal-bitħa n-naħa tal-Punent ikun hemm purtiera mdendla tul ħamsin driegħ b’għaxar pilastri u għaxar imqagħad għalihom.
13Il-wisa’ tal-bitħa n-naħa ta’ quddiem lejn il-Lvant ikun ħamsin driegħ:
14b’purtiera ta’ ħmistax-il driegħ fuq naħa, bi tliet pilastri bl-imqagħad tagħhom,
15u b’purtiera ta’ ħmistax-il driegħ fuq in-naħa l-oħra tal-bieb bi tliet pilastri bl-imqagħad tagħhom.
16Għall-bieb tal-bitħa jkun hemm purtiera għoxrin driegħ wiesgħa tal-għażel fin, minsuġa bil-vjola, porpra u skarlatt, xogħol in-nissieġ; ikollha erba’ pilastri u erba’ mqagħad.
17Il-pilastri madwar il-bitħa jkunu miksija bil-fidda; il-ganċijiet ikunu wkoll tal-fidda, u l-imqagħad tal-bronż.
18It-tul tal-bitħa jkun mitt driegħ, il-wisa’ ħamsin, u l-għoli ħamest idriegħ, bi drapp imdendel tal-għażel fin, u l-imqagħad tal-bronż.
19It-tagħmir kollu tat-tabernaklu għal kulma jenħtieġ u l-imrabat kollha tiegħu u l-imrabat tal-bitħa jkunu kollha tal-bronż.
Żejt għall-imnara20“Int tordna lil ulied Iżrael biex iġibulek żejt taż-żebbuġ misħuq fin għall-imnara, biex iżżomm l-imsiebaħ mixgħula għal dejjem.Eż 30,7-8; Lev 24,2-4; 1 Sam 3,3.
21U Aron u wliedu jqegħduha ’l barra mill-velu ta’ quddiem it-tinda tax-xhieda miktuba u jżommuha mixgħula minn filgħaxija sa filgħodu quddiem il-Mulej.
“Din tkun liġi li għandha titħares għal dejjem mill-poplu ta’ Iżrael minn ġenerazzjoni għal oħra.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.