ŻAKKARIJA 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Ħelsien u tiġdid ta’ Ġerusalemm

1Oraklu. Il-kelma tal-Mulej dwar Iżrael. Oraklu tal-Mulej li firex is-smewwiet, li qiegħed is-sisien tal-art u li lill-bniedem ġo fih sawwarlu l-ispirtu tiegħu.

2“Ara, jien se nagħmel minn Ġerusalemm tazza ta’ xorb li jsakkar għall-popli kollha ta’ madwarha, u jkunu f’assedju kontra Ġuda u kontra Ġerusalemm.. Il-ġnus kollha tal-art jinġemgħu kontriha.

7“U l-Mulej isalva t-tined ta’ Ġuda l-ewwel, biex il-ġieħ tad-dar ta’ David u l-ġieħ ta’ dawk li jgħammru f’Ġerusalemm ma jkunx ikbar minn dak ta’ Ġuda.

8Dakinhar il-Mulej ikun tarka madwar in-nies ta’ Ġerusalemm u dak li fosthom ikun se jogħtor dakinhar isir bħal David; u d-dar ta’ David issir bħal Alla, bħall-anġlu tal-Mulej, quddiemhom.

10“U fuq id-dar ta’ David u fuq dawk li jgħammru f’Ġerusalemm insawwab spirtu ta’ ħniena u talb. U huma jħarsu lejn dak li jkunu nifdu, u jibkuh bħal wieħed li jibki lil ibnu l-waħdieni, u jokorbu għalih bħal min jokrob għal ibnu l-kbir. fil-wita ta’ Megiddo.2 Kron 35,22-25.

12U l-pajjiż jitbekka, kull familja għaliha: il-familja tad-dar ta’ David għaliha, bin-nisa tagħhom għalihom; il-familja tad-dar ta’ Natan għaliha, bin-nisa tagħhom għalihom;

13il-familja tad-dar ta’ Levi għaliha, bin-nisa tagħhom għalihom; il-familja ta’ Simgħi għaliha, bin-nisa tagħhom għalihom;

14u l-familji kollha li jkun baqa’, kull waħda għaliha, bin-nisa tagħhom għalihom.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help