1Il-Mulej qal lil Mosè: “Fassal żewġ twavel tal-ġebel bħal ta’ qabel, u jien nikteb fuq it-twavel il-kliem li kien hemm fuq ta’ qabel, u li int kissirt.Il-liġijiet tal-patt
10U qallu: “Arani, se nagħmel patt: Se nagħmel l-għeġubijiet quddiem il-poplu tiegħek, li qatt ma saru fid-dinja kollha u fost ebda ġens, u l-poplu li int f’nofsu jara l-opri tal-Mulej; għax ħwejjeġ tal-biża’ dak li se nagħmel miegħek.. hu.
15“Qis li ma tidħol f’ebda patt man-nies li jgħammru fl-art, biex meta jiżnu wara l-allat tagħhom, ma jistednukx għas-sagrifiċċji lill-allat tagħhom, u int tiekol mill-artali tagħhom.
16U la tiħux mill-bniet tagħhom għal uliedek, inkella meta l-bniet tagħhom jiżnu wara l-allat tagħhom, iġiegħlu ’l uliedek ukoll jiżnu wara allathom.
17“Tagħmilx allat tal-metal imdewweb.
18“Ħares il-festa tal-Ażżmi; għal sebat ijiem tiekol ħobż ażżmu, kif jien ikkmandajtek, fiż-żmien tax-xahar ta’ Abib; għax fix-xahar ta’ Abib ħriġt mill-Eġittu.
19“Kulma jitwieled l-ewwel mill-ġuf ikun tiegħi, u kull ferħ raġel tal-imrieħel tiegħek, għoġol jew ħaruf., tal-bikri ta’ ħsad il-qamħ; u l-festa tal-Ġabra f’għeluq is-sena.Wiċċ Mosè jiddi
29Ġara li, meta niżel minn fuq il-muntanja tas-Sinaj biż-żewġ twavel tax-xhieda f’idu, Mosè ma kienx jaf li l-ġilda ta’ wiċċu kienet tiddi billi kien qorob lejh Alla.2 Kor 3,7—4,6.
30U meta Aron, u l-ulied kollha ta’ Iżrael raw lil Mosè bil-ġilda ta’ wiċċu tiddi, beżgħu jersqu lejh.
31Iżda Mosè sejħilhom, u resqu lejh Aron u l-kbarat kollha tal-ġemgħa, u Mosè qagħad ikellimhom.
32Imbagħad resqu wkoll l-ulied kollha ta’ Iżrael, u Mosè ordnalhom kulma kien qallu l-Mulej fuq il-muntanja tas-Sinaj.Ġw 1,17.
33Meta Mosè temm jitkellem magħhom, għatta wiċċu b’velu.
34Imma meta kien jidħol quddiem il-Mulej biex jitkellem miegħu, Mosè kien ineħħi l-velu sa ma kien joħroġ. Meta mbagħad kien joħroġ, kien jgħid lil ulied Iżrael kulma kien ordnalu l-Mulej.
35Meta wlied Iżrael kienu jħarsu lejn Mosè, kienu jarawlu l-ġilda ta’ wiċċu tiddi, u Mosè kien jerġa’ jqiegħed il-velu fuq wiċċu sa ma jerġa’ jidħol jitkellem mal-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.